Żakkarija 8:1-23

8  U l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,+ ‘Se nkun għajjur għal Sijon b’għira kbira,+ u b’korla kbira+ se nkun għajjur għaliha.’”  “Hekk qal Ġeħova, ‘Se niġi lura għand Sijon+ u ngħammar f’nofs Ġerusalemm;+ u Ġerusalemm se tissejjaħ il-​belt tal-​verità,+ u l-​muntanja taʼ Ġeħova+ taʼ l-​armati, il-​muntanja qaddisa.’”+  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Irġiel u nisa xjuħ għad iridu joqogħdu bil-​qiegħda fil-​pjazez taʼ Ġerusalemm,+ kull wieħed bil-​bastun tiegħu+ f’idu minħabba l-​abbundanza taʼ jiemu.  U l-​pjazez tal-​belt se jkunu mimlijin subien u bniet jilagħbu fil-​pjazez tagħha.’”+  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Għalkemm ikun jidher diffiċli wisq f’għajnejn dawk li jifdal minn dan il-​poplu f’dawk il-​jiem, għandu jidher diffiċli wisq ukoll f’għajnejja?’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ara, se nsalva lill-​poplu tiegħi mill-​art taʼ tlugħ ix-​xemx u mill-​art taʼ nżul ix-​xemx.+  Inġibhom, u jgħammru f’nofs Ġerusalemm;+ u jsiru l-​poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom li jaġixxi fi qbil mal-​verità u s-​sewwa.’”+  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ħa jissaħħu idejkom,+ intom li f’dawn il-​jiem qed tisimgħu dan il-​kliem minn fomm il-​profeti,+ li ntqal dakinhar li tqiegħed il-​pedament tad-​dar taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, biex jinbena t-​tempju.+ 10  Għax qabel dawk il-​jiem ma kienx hemm ħlas għall-​bnedmin;+ u lanqas ħlas għall-​annimali domestiċi ma kien hemm; u minħabba l-​avversarju ma kienx hemm paċi għal dak li jivvjaġġa,+ hekk kif bqajt nixħet lill-​bnedmin kollha kontra xulxin.’+ 11  “‘U issa m’iniex se nkun bħal fil-​jiem taʼ qabel għal dawk li fadal minn dan il-​poplu,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. 12  ‘Għax se jkun hemm iż-​żerriegħa tal-​paċi;+ id-​dielja se tagħti l-​frott tagħha,+ u l-​art se tagħti l-​prodott tagħha,+ u s-​smewwiet se jagħtu n-​nida tagħhom;+ u lil dawk li fadal+ minn dan il-​poplu se nagħtihom li jirtu dawn l-​affarijiet kollha.+ 13  U jrid iseħħ li bħalma intom sirtu saħta fost il-​ġnus,+ O dar Ġuda u dar Israel,+ hekk se nsalvakom, u tridu ssiru barka.+ Tibżgħux.+ Jalla jissaħħu idejkom.’+ 14  “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘“Bħalma kelli f’moħħi li nġib il-​gwaj fuqkom minħabba li missirijietkom inkorlawni,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “u ma ddispjaċinix,+ 15  hekk se jerġaʼ jkolli f’moħħi f’dawn il-​jiem li nittratta tajjeb maʼ Ġerusalemm u mad-​dar taʼ Ġuda.+ Tibżgħux.”’+ 16  “‘Dawn huma l-​affarijiet li għandkom tagħmlu:+ Tkellmu bil-​verità maʼ xulxin.+ Bil-​verità u bil-​ġudizzju tal-​paċi ġġudikaw f’bieb il-​belt.+ 17  U tfasslux gwaj kontra xulxin fi qlubkom,+ u tħobbux il-​ħalf falz;+ għax dawn kollha huma affarijiet li jien bgħadthom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.” 18  U l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 19  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Is-​sawma tar-​rabaʼ xahar,+ u s-​sawma tal-​ħames xahar,+ u s-​sawma tas-​sebaʼ xahar,+ u s-​sawma taʼ l-​għaxar xahar+ se jsiru ferħ kbir u thennija u staġuni tajbin tal-​festi għad-​dar taʼ Ġuda.+ Għalhekk, ħobbu l-​verità u l-​paċi.’+ 20  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Għad iseħħ li jiġu l-​popli u l-​abitanti taʼ ħafna bliet;+ 21  u l-​abitanti taʼ belt waħda se jmorru għand dawk t’oħra, jgħidu: “Ħa mmorru+ bil-​ħeġġa biex infittxu l-​approvazzjoni+ taʼ Ġeħova u nfittxu lil Ġeħova taʼ l-​armati. Jien stess se mmur ukoll.”+ 22  U ħafna popli u ġnus setgħanin se jiġu biex ifittxu lil Ġeħova taʼ l-​armati f’Ġerusalemm+ u biex ifittxu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova.’ 23  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Għad iseħħ f’dawk il-​jiem li għaxart irġiel mill-​ilsna kollha tal-​ġnus+ se jaqbdu,+ iva, se jaqbdu tarf il-​libsa taʼ raġel Lhudi,+ u jgħidu: “Aħna se niġu magħkom,+ għax smajna li Alla magħkom.”’”+

Noti taʼ taħt