Żakkarija 7:1-14

7  Iktar minn hekk, ġara li fir-​rabaʼ sena tas-​Sultan Darju+ l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija, fir-​rabaʼ jum tad-​disaʼ xahar, jiġifieri, f’Kislew.+  U Betel bagħtet lil Sareser u lil Regem-melek u lill-​irġiel tiegħu biex ifittxu l-​approvazzjoni* taʼ Ġeħova,+  billi jgħidu lill-​qassisin+ tad-​dar taʼ Ġeħova taʼ l-​armati u lill-​profeti, iva, jgħidulhom: “Għandi nibki jien fil-​ħames+ xahar u ma nikolx, bħalma dejjem għamilt għal ħafna snin?”+  U l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Għid lin-​nies kollha tal-​pajjiż u lill-​qassisin, ‘Meta somtu+ u kien hemm il-​biki fil-​ħames xahar u fis-​sebaʼ xahar,+ u dan għal sebgħin sena,+ verament somtu għalija, iva, għalija?+  U meta kiltu u meta xrobtu, mhux intom kontu qed tieklu, u mhux intom kontu qed tixorbu?  M’għandkomx tobdu l-​kliem+ li Ġeħova qal permezz tal-​profeti taʼ qabel,+ waqt li Ġerusalemm kienet abitata u fil-​kwiet, bi blietha madwarha, u waqt li n-​Negeb+ u s-​Sefela+ kienu abitati?’”  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għand Żakkarija, tgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Iġġudikaw bil-​ġustizzja vera;+ u pprattikaw il-​ħniniet+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba+ maʼ xulxin; 10  u timbroljaw lil ebda armla+ jew tifel bla missier,+ ebda resident barrani+ jew bniedem magħkus,+ u tfasslu xejn ħażin kontra xulxin fi qlubkom.’+ 11  Imma huma baqgħu jirrifjutaw li jagħtu kas,+ u b’mod stinat baqgħu jagħtu daharhom,*+ u saddew widnejhom biex ma jisimgħux.+ 12  U webbsu qalbhom+ daqs l-​iktar ħaġra iebsa* biex ma jobdux il-​liġi+ u l-​kliem li Ġeħova taʼ l-​armati bagħat bl-​ispirtu tiegħu,+ permezz tal-​profeti taʼ qabel;+ tant li kien hemm għadab kbir min-​naħa taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”+ 13  “‘U ġara li, bħalma hu sejjaħ u huma ma semgħux,+ hekk huma sejħu u jien ma smajtx,’+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. 14  ‘U jien xerridthom b’qilla taʼ tempesta mal-​ġnus kollha+ li ma kinux jafuhom;+ u l-​art tħalliet abbandunata warajhom, mingħajr ma ħadd jgħaddi minnha u ħadd ma jiġi lura;+ u l-​art mixtieqa+ huma għamluha oġġett taʼ stagħġib.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “biex irattbu l-​wiċċ.”
Letteralment, “jagħtu spalla stinata.”
Letteralment, “daqs ħaġra taʼ l-​iżmerill.”