Żakkarija 5:1-11

5  Imbagħad erġajt erfajt għajnejja u ħarist; u rajt romblu+ jtir.  Għalhekk, qalli: “X’qed tara?”+ Għal dan, għedt: “Qed nara romblu jtir, b’tul t’għoxrin kubitu, u b’wisaʼ t’għaxar kubiti.”  Imbagħad qalli: “Din hi s-​saħta li ħierġa fuq wiċċ l-​art kollha,+ għax kulmin qed jisraq,+ skond kif imsemmi fis-​saħta fuq din in-​naħa tar-​romblu, s’issa nħeles mill-​kastig; u kulmin qed jaħlef,+ skond kif imsemmi fis-​saħta fuq in-​naħa l-​oħra,+ s’issa nħeles mill-​kastig.  ‘Jien ħriġtha,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘u din trid tidħol f’dar il-​ħalliel u f’dar min qed jaħlef falz f’ismi;+ u trid tgħammar f’nofs daru u teqridha għalkollox bl-​injam u l-​ġebel tagħha wkoll.’”+  Imbagħad l-​anġlu li kien qed ikellimni resaq lejja u qalli: “Erfaʼ għajnejk, jekk jogħġbok, u ara x’inhu dan li ħiereġ.”  Għalhekk, jien għedt: “X’inhu?” Qalli: “Dan li ħiereġ hu l-​kejl t’efa.” U kompla jgħid: “Dan hu kif jidhru fl-​art kollha.”  U, ara, l-​għatu tond taċ-​ċomb tgħolla; u kien hemm ċerta mara bil-​qiegħda f’nofs l-​efa.  Għalhekk, qal: “Din hi l-​Ħażen.” U hu tefagħha lura f’nofs l-​efa,+ u wara dan tefaʼ l-​biċċa ċomb tqila fuq fomm l-​efa.  Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u kien hemm żewġ nisa resqin, u fi ġwinħajhom kien hemm ir-​riħ. U kellhom ġwienaħ bħall-​ġwienaħ taċ-​ċikonja. U huma refgħu l-​efa ’l fuq bejn l-​art u s-​smewwiet. 10  Għalhekk, jien għedt lill-​anġlu li kien qed ikellimni: “Fejn qed jiħduha l-​efa?” 11  Għal dan, qalli: “Sabiex jibnulha+ dar fl-​art tas-​Sinar;+ u tkun stabbilita fis-​sod, u titqiegħed fil-​post xieraq tagħha.”

Noti taʼ taħt