Żakkarija 4:1-14

4  U l-​anġlu li kien qed ikellimni ġie lura u qajjimni, bħal raġel imqajjem mill-​irqad tiegħu.+  Imbagħad qalli: “X’qed tara?”+ Għalhekk, għedt: “Jien ħarist, u, ara, hemm gandlier, kollu kemm hu tad-​deheb,+ u għandu skutella fuqu. U s-​sebaʼ msiebaħ tiegħu qegħdin fuqu, iva, sebgħa;+ u l-​imsiebaħ taʼ fuqu għandhom sebaʼ kanen irqaq.  U hemm żewġ siġriet taż-​żebbuġ maġenbu,+ waħda fuq il-​lemin u l-​oħra fuq ix-​xellug taʼ l-​iskutella.”  Imbagħad wiġibt u għedt lill-​anġlu li kien qed ikellimni: “Dawn l-​affarijiet xi jfissru, sidi?”+  Għalhekk, l-​anġlu li kien qed ikellimni wieġeb u qalli: “Tassew li ma tafx xi jfissru dawn l-​affarijiet?” Għal dan, għedt: “Le, sidi.”+  Għaldaqstant, hu wieġeb u qalli: “Din hija l-​kelma taʼ Ġeħova lil Żerubbabel, li tgħid, ‘“Mhux b’qawwa militari,+ lanqas b’xi setgħa,+ imma bl-​ispirtu tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.  Min int, O muntanja kbira?+ Quddiem Żerubbabel+ int se ssir wita. U hu jġib il-​ġebla taʼ fuqnett,+ u se jinstemaʼ għajat+ taʼ: “Xi ġmiel! Xi ġmiel!”’”+  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Idejn Żerubbabel qiegħdu l-​pedament taʼ din id-​dar,+ u idejh ilestuha.”+ U se jkollkom tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-​armati bagħatni għandkom.+ 10  “Għax min stmerr il-​jum t’affarijiet żgħar?+ Huma se jifirħu+ u jaraw iċ-​ċomb tal-​bennejja f’id Żerubbabel. Dawn is-​sebgħa huma għajnejn Ġeħova.+ Qed jiġru maʼ l-​art kollha.”+ 11  U jien wiġibt u għedtlu: “Dawn iż-​żewġ siġriet taż-​żebbuġ fuq il-​lemin u fuq ix-​xellug tal-​gandlier xi jfissru?”+ 12  Imbagħad jien wiġibt it-​tieni darba u għedtlu: “X’inhuma l-​friegħi taż-​żewġ siġriet taż-​żebbuġ li, permezz taż-​żewġ żennuniet tad-​deheb, qed iferrgħu minn ġo fihom il-​likwidu tad-​deheb?” 13  Għalhekk, qalli: “Tassew li ma tafx xi jfissru dawn l-​affarijiet?” Għal dan, għedt: “Le, sidi.”+ 14  Għaldaqstant qalli: “Dawn huma ż-​żewġ midlukin+ li qegħdin bil-​wieqfa maġenb il-​Mulej taʼ l-​art kollha.”+

Noti taʼ taħt