Żakkarija 3:1-10

3  U wrieni lil Ġożwè+ l-​qassis il-​kbir bil-​wieqfa quddiem l-​anġlu taʼ Ġeħova, u Satana*+ bil-​wieqfa fuq lemintu biex jopponih.+  Imbagħad l-​anġlu+ taʼ Ġeħova qal lil Satana: “Ġeħova jċanfrek,+ Satana, iva, Ġeħova jċanfrek, dak li qed jagħżel lil Ġerusalemm!+ Jaqaw dan m’huwiex zokk maħtuf minn ġon-​nar?”+  Issa Ġożwè kien liebes ilbies maħmuġ+ u kien bil-​wieqfa quddiem l-​anġlu.  Imbagħad wieġeb u qal lil dawk li kienu bil-​wieqfa quddiemu: “Neħħu l-​ilbies maħmuġ minn fuqu.” U kompla jgħidlu: “Ara, jien neħħejt l-​iżball tiegħek minn fuqek,+ u hemm ilbies ċerimonjali għalik.”+  Għal dan, jien għedt: “Ħa jpoġġu turbant nadif fuq rasu.”+ U huma poġġew it-​turbant nadif fuq rasu u libbsuh il-​ħwejjeġ; u l-​anġlu taʼ Ġeħova kien bil-​wieqfa fil-​qrib.  U l-​anġlu taʼ Ġeħova beda jħeġġeġ lil Ġożwè, billi jgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Jekk timxi fi triqati, u jekk tħares l-​obbligu tiegħek lejja,+ imbagħad ukoll se tkun int li tiġġudika lid-​dar tiegħi+ u tħares ukoll il-​btieħi tiegħi; u jien inħallik tidħol fost dawn li qegħdin bil-​wieqfa fil-​qrib.’  “‘Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ġożwè l-​qassis il-​kbir, int u sħabek bil-​qiegħda quddiemek, għax huma rġiel li jservu bħala sinjal;+ għax se nġib lill-​qaddej tiegħi+ Rimja!+  Għax, ara, il-​ġebla+ li jien poġġejt quddiem Ġożwè! Fuq din il-​ġebla waħda hemm sebaʼ għajnejn.+ Ara, qed innaqqax it-​tinqix tagħha,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘u se nneħħi l-​iżball taʼ dik l-​art f’jum wieħed.’+ 10  “‘F’dak il-​jum,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘kull wieħed minnkom se jsejjaħ lill-​ieħor, waqt li tkunu taħt id-​dielja u waqt li tkunu taħt is-​siġra tat-​tin.’”+

Noti taʼ taħt

Jew, “u Dak li jopponi.” Ara Ġob 1:6, in-​nota taʼ taħt.