Żakkarija 2:1-13

2  U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm raġel b’ħabel tal-​kejl f’idu.+  Għalhekk, jien għedt: “Fejn sejjer?” U qalli: “Sejjer inkejjel lil Ġerusalemm, sabiex nara x’inhi l-​wisaʼ tagħha u x’inhu t-​tul tagħha.”+  U l-​anġlu li kien qed ikellimni telaq minn ħdejja, u kien hemm anġlu ieħor li ġie biex jiltaqaʼ miegħu.  Imbagħad qallu: “Iġri, kellem liż-​żagħżugħ hemmhekk, u għidlu: ‘“Ġerusalemm se tkun abitata+ bħal pajjiż fil-​kampanja miftuħa, minħabba l-​kotra taʼ bnedmin u annimali domestiċi f’nofsha.+  U nsir għaliha,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “ħajt tan-​nar dawramejt,+ u nimlieha bil-​glorja tiegħi.”’”+  “Isa! Isa! Aħarbu mill-​pajjiż tat-​tramuntana,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax xerridtkom maʼ kullimkien fid-​direzzjoni taʼ l-​erbat irjieħ tas-​smewwiet,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “Isa, Sijon!+ Aħrab, int li qed tgħammar maʼ bint Babilonja.+  Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Wara ż-​żmien tal-​glorja+ tiegħu bagħatni għand il-​ġnus li kienu qed iħarbtukom.’+ ‘Għax dak li qed imisskom+ qed imiss il-​mimmi t’għajnejja.*+  Ara, qed inxejjer idi kontrihom,+ u se jkollhom isiru priża għall-​ilsiera tagħhom.’+ U intom se tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-​armati bagħatni.+ 10  “Għajjat kemm tiflaħ u ifraħ, O bint Sijon;+ għax ġej,+ u se ngħammar f’nofsok,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 11  “U ħafna ġnus se jintrabtu maʼ Ġeħova f’dak il-​jum,+ u huma jsiru l-​poplu tiegħi;+ u jien se ngħammar f’nofsok.” U se jkollok tkun taf li Ġeħova taʼ l-​armati bagħatni għandek.+ 12  U Ġeħova se jieħu lil Ġuda f’idejh bħala sehmu fuq l-​art qaddisa,+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.+ 13  Isktu, bnedmin kollha, quddiem Ġeħova,+ għax hu qam+ mill-​post qaddis fejn jgħammar.+

Noti taʼ taħt

“Il-​mimmi t’għajnejja” hija skond l-​oriġinal. Is-​Soferim bidlu t-​test għal “il-​mimmi t’għajnejh.”