Żakkarija 14:1-21

14  “Ara! Ġej jum, li hu taʼ Ġeħova,+ u l-​priża tiegħek titqassam f’nofsok.  U jien se niġbor lill-​ġnus kollha għall-​gwerra kontra Ġerusalemm;+ u l-​belt se tinqabad+ u d-​djar jinsterqu, u n-​nisa jiġu stuprati.+ U nofs il-​belt tmur fl-​eżilju;+ imma dawk li jibqaʼ mill-​poplu+ ma jittiħdux mill-​belt.+  “U Ġeħova se jmur u jiggwerra kontra dawk il-​ġnus+ bħal f’jum il-​gwerra tiegħu, f’jum il-​ġlied.+  U saqajh se jieqfu f’dak il-​jum fuq il-​muntanja tas-​siġar taż-​żebbuġ, li qiegħda quddiem Ġerusalemm, fil-​lvant;+ u l-​muntanja tas-​siġar taż-​żebbuġ+ tinqasam minn nofsha,+ minn tlugħ ix-​xemx u lejn il-​punent. Se jkun hemm wied kbir ferm; u nofs il-​muntanja jitressaq lejn it-​tramuntana, u nofs lejn in-​nofsinhar.  U intom se taħarbu lejn il-​wied tal-​muntanji tiegħi;+ għax il-​wied tal-​muntanji jasal s’Asel. U jkollkom taħarbu, sewwasew bħalma ħrabtu minħabba t-​terremot fi żmien Użżija s-​sultan taʼ Ġuda.+ U Ġeħova Alla tiegħi se jiġi+ bil-​qaddisin kollha miegħu.+  “U jrid iseħħ f’dak il-​jum li ma jkun hemm ebda dawl prezzjuż+—l-​affarijiet se jkunu għaqdu bil-​kesħa.+  U jrid isir jum magħruf bħala li hu taʼ Ġeħova.+ La se jkun nhar u lanqas lejl;+ u jiġri li fil-​ħin taʼ fil-​għaxija jkun hemm id-​dawl.+  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li ilmijiet ħajjin+ joħorġu minn Ġerusalemm,+ nofshom lejn il-​baħar tal-​lvant+ u nofshom lejn il-​baħar tal-​punent.+ Fis-​sajf u fix-​xitwa se jseħħ.+  U Ġeħova jkun sultan fuq l-​art kollha.+ F’dak il-​jum Ġeħova se jkun wieħed,+ u ismu wieħed.+ 10  “L-​art kollha se tiġi mibdula bħall-​Għaraba,+ minn Geba+ għal Rimmon+ lejn in-​nofsinhar taʼ Ġerusalemm; u din tqum u tkun mgħammra f’postha,+ minn Bieb Benjamin+ sal-​post taʼ l-​Ewwel Bieb, sal-​Bieb tal-​Kantuniera, u mit-​Torri taʼ Ħananel+ sa l-​imgħasar tas-​sultan. 11  U nies se jgħammru fiha; u qatt iktar ma se titwarrab għall-​qerda,+ u Ġerusalemm tkun mgħammra fis-​sigurtà.+ 12  “U dan se jkun il-​flaġell li bih Ġeħova se jifflaġella lill-​popli kollha li se jagħmlu servizz militari kontra Ġerusalemm:+ Kull wieħed se jitmermirlu laħmu għalkollox waqt li jkun wieqaf fuq saqajh;+ u għajnejh se jitmermru għalkollox f’ħofrithom, u lsienu se jitmermer għalkollox f’ħalqu. 13  “U jrid iseħħ f’dak il-​jum li fuqhom ikollhom konfużjoni sħiħa mingħand Ġeħova;+ u kull wieħed minnhom se jaħtaf id sieħbu, u idu se tintrefaʼ kontra id sieħbu. 14  U Ġuda wkoll se jiggwerra kontra Ġerusalemm; u l-​għana tal-​ġnus kollha taʼ madwar jinġabar, deheb u fidda u lbies b’abbundanza esaġerata.+ 15  “U hekk se jkun il-​flaġell taż-​żiemel, tal-​bagħal, tal-​ġemel, u tal-​ħmar, u taʼ kull xorta t’annimal domestiku li jinzerta jkun f’dawk il-​kampijiet, bħal dan il-​flaġell. 16  “U jrid iseħħ li kulmin ikun baqaʼ minn fost il-​ġnus kollha li ġejjin kontra Ġerusalemm,+ huma jridu wkoll jitilgħu minn sena għal sena+ biex imilu quddiem is-​Sultan,+ Ġeħova taʼ l-​armati,+ u biex jiċċelebraw il-​festa taʼ l-​għerejjex.+ 17  U jrid iseħħ li kulmin ma jitlax+ mill-​familji+ taʼ l-​art lejn Ġerusalemm biex imil quddiem is-​Sultan, Ġeħova taʼ l-​armati, saħansitra fuqu ma tinżel ebda xita qawwija.+ 18  U jekk il-​familja taʼ l-​Eġittu ma titlax u ma tidħolx, fuqhom ukoll ma se jinżel xejn. Iseħħ il-​flaġell li bih Ġeħova jifflaġella lill-​ġnus li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-​festa taʼ l-​għerejjex. 19  Dan se jkun il-​kastig għad-​dnub taʼ l-​Eġittu u d-​dnub tal-​ġnus kollha li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-​festa taʼ l-​għerejjex.+ 20  “F’dak il-​jum se jkun hemm+ fuq il-​ġlieġel taż-​żwiemel ‘Il-​qdusija hi taʼ Ġeħova!’+ U l-​borom kbar+ fid-​dar taʼ Ġeħova jridu jsiru bħall-​iskutelli+ taʼ quddiem l-​artal.+ 21  U kull borma kbira f’Ġerusalemm u f’Ġuda trid issir xi ħaġa qaddisa li hi taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, u dawk kollha li joffru sagrifiċċju jridu jidħlu u jieħdu minnhom u jgħallu fihom.+ U mhux se jkun hemm iktar xi Kangħani*+ fid-​dar taʼ Ġeħova taʼ l-​armati f’dak il-​jum.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “negozjant.”