Żakkarija 13:1-9

13  “F’dak il-​jum+ se jinfetaħ bir+ għad-​dar taʼ David u għall-​abitanti taʼ Ġerusalemm biex jitnaddfu mid-​dnub+ u minn ħaġa mistmerra.+  “U jrid iseħħ f’dak il-​jum,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, “li se neqred l-​ismijiet taʼ l-​idoli mill-​pajjiż,+ u m’humiex se jitfakkru iktar; u wkoll lill-​profeti+ u lill-​ispirtu taʼ nuqqas taʼ ndafa se nġegħelhom jitilqu mill-​pajjiż.+  U jrid iseħħ li fil-​każ li raġel ikompli jipprofetizza, missieru u ommu, dawk li wilduh, iridu wkoll jgħidulu, ‘M’intix se tgħix, għaliex tkellimt bil-​qerq f’isem Ġeħova.’ U missieru u ommu, dawk li wilduh, iridu jinfduh minħabba l-​ipprofetizzar tiegħu.+  “U jrid iseħħ f’dak il-​jum li l-​profeti jistħu,+ kull wieħed mill-​viżjoni tiegħu meta jipprofetizza; u m’humiex se jilbsu libsa uffiċjali tax-​xagħar+ bl-​iskop li jqarrqu.  U kull wieħed minnhom se jgħid, ‘M’iniex profeta. Jien raġel li qed naħdem l-​art, għax bniedem xtrani bi lsir sa minn żgħożiti ’l quddiem.’  U jintqallu, ‘X’inhuma dawn il-​feriti li għandek bejn spallejk?’ U hu se jkollu jgħid, ‘Indrabt bihom fid-​dar taʼ dawk li jħobbuni bil-​kbir.’”  “O sejf, stenbaħ kontra r-​ragħaj tiegħi,+ kontra r-​raġel b’saħħtu li hu sieħbi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. “Idrob lir-​ragħaj,+ u ħa jitferrxu dawk tal-​merħla;+ u żgur li rreġġaʼ idi lura fuq dawk li huma insinifikanti.”+  “U jrid iseħħ fl-​art kollha,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “li żewġ terzi taʼ dawk fiha se jinqerdu u jmutu;+ imma terz se jitħalla jibqaʼ fiha.+  U ngħaddi lil dak it-​terz minn ġon-​nar;+ u nirfinah bħalma wieħed jirfina l-​fidda,+ u niflih bħalma wieħed jifli d-​deheb.+ Hu, min-​naħa tiegħu, se jsejjaħ ismi, u jien, min-​naħa tiegħi, se nwieġbu.+ Jien se ngħid, ‘Hu l-​poplu tiegħi,’+ u hu mbagħad se jgħid, ‘Ġeħova hu Alla tiegħi.’”+

Noti taʼ taħt