Żakkarija 12:1-14

12  Dikjarazzjoni: “Il-​kelma taʼ Ġeħova dwar Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, Dak li qed jifrex is-​smewwiet+ u jqiegħed is-​sisien taʼ l-​art+ u jsawwar l-​ispirtu+ taʼ bniedem ġo fih.  “Ara, qed nagħmel lil Ġerusalemm+ skutella li tistordi lill-​popli kollha dawramejt;+ u wkoll kontra Ġuda se jkun hemm l-​assedju, iva, kontra Ġerusalemm.+  U jrid iseħħ f’dak il-​jum+ li nagħmel lil Ġerusalemm ġebla tqila+ għall-​popli kollha. Dawk kollha li jerfgħuha bla dubju se jinbarxu bl-​ikrah; u kontra tagħha jinġabru l-​ġnus kollha taʼ l-​art.+  F’dak il-​jum,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “inħawwad lil kull żiemel+ u nġennen lir-​rikkieb tiegħu;+ u nżomm għajnejja miftuħin fuq id-​dar taʼ Ġuda,+ u lil kull żiemel tal-​popli se nolqtu bl-​għama.  U x-​xejikki+ taʼ Ġuda se jkollhom jgħidu f’qalbhom, ‘L-​abitanti taʼ Ġerusalemm huma saħħa għalina mingħand Ġeħova taʼ l-​armati Alla tagħhom.’+  F’dak il-​jum se nagħmel lix-​xejikki taʼ Ġuda bħal maġmar qalb is-​siġar+ u bħal torċa tan-​nar f’ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu,+ u huma jridu jibilgħu fuq il-​lemin u fuq ix-​xellug lill-​popli kollha dawramejt;+ u minkejja dan Ġerusalemm trid tiġi abitata f’postha stess, f’Ġerusalemm.+  “U Ġeħova se jsalva t-​tined taʼ Ġuda l-​ewwel, biex hekk il-​ġmiel tad-​dar taʼ David u l-​ġmiel taʼ l-​abitanti taʼ Ġerusalemm ma jsirux kbar wisq meta mqabblin maʼ Ġuda.  F’dak il-​jum Ġeħova se jkun difiża madwar l-​abitanti taʼ Ġerusalemm;+ u dak li qed jitfixkel fosthom irid isir f’dak il-​jum bħal David,+ u d-​dar taʼ David bħal alla,+ bħall-​anġlu taʼ Ġeħova quddiemhom.+  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li se nfittex li neqred għalkollox lill-​ġnus kollha li ġejjin kontra Ġerusalemm.+ 10  “U se nsawwab fuq id-​dar taʼ David u fuq l-​abitanti taʼ Ġerusalemm l-​ispirtu t’approvazzjoni+ u talb bil-​ħrara,+ u huma jħarsu lejn Dak li kienu nifdu,+ u se jibku minħabba Fih bħalma jibku lil iben uniku; u se jkun hemm biki taʼ mrar minħabba fih bħal meta jkun hemm biki taʼ mrar minħabba l-​ewwel iben imwieled.+ 11  F’dak il-​jum il-​biki f’Ġerusalemm se jkun kbir, bħall-​biki taʼ Ħadadrimmon fil-​pjanura fil-​wied taʼ Megiddo.+ 12  U l-​art se tibki,+ kull familja għaliha; il-​familja tad-​dar taʼ David għaliha, u n-​nisa tagħhom għalihom;+ il-​familja tad-​dar taʼ Natan+ għaliha, u n-​nisa tagħhom għalihom; 13  il-familja tad-​dar taʼ Levi+ għaliha, u n-​nisa tagħhom għalihom; il-​familja tas-​Simgħin+ għaliha, u n-​nisa tagħhom għalihom; 14  il-familji kollha li jibqaʼ, kull familja għaliha, u n-​nisa tagħhom għalihom.+

Noti taʼ taħt