Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Żakkarija 10:1-12

10  “Itolbu lil Ġeħova għax-xita+ fi żmien ix-xita tar-rebbiegħa,+ iva, lil Ġeħova li jagħmel is-sħab tal-maltempati+ u li jagħti xita bil-qliel lill-bnedmin,+ il-ħxejjex taʼ l-għalqa lil kull wieħed.+  Għax it-terafim*+ qalu kliem li ġej minn qawwiet mill-agħar; u dawk li jeħbru raw viżjonijiet foloz,+ u dwar ħolm bla siwi jibqgħu jitkellmu, u għalxejn jipprovaw ifarrġu.+ Huwa għalhekk li n-nies se jitilqu bħal merħla;+ se jinħaqru, għax m’hemmx ragħaj.+  “Kontra r-rgħajja xegħlet ir-rabja tiegħi,+ u mill-mexxejja bħal mogħoż+ se nitlob kont;+ għax Ġeħova taʼ l-armati dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn il-merħla tiegħu,+ id-dar taʼ Ġuda, u għamilha bħaż-żiemel+ dinjituż tiegħu fil-battalja.  Minnha joħroġ ir-raġel ewlieni,+ minnha joħroġ il-ħakkiem li jappoġġa,+ minnha joħroġ il-qaws tal-battalja;+ minnha joħroġ kull kap li jagħti x-xogħol,+ kollha flimkien.  U jridu jsiru bħal irġiel setgħanin+ li jgħaffġu fit-tajn tat-toroq fil-battalja.+ U jridu jitqabdu fil-battalja, għax Ġeħova magħhom;+ u r-rikkieba taż-żwiemel se jkollhom iġarrbu mistħija.+  U nagħmel lid-dar taʼ Ġuda superjuri, u nsalva lid-dar taʼ Ġużeppi.+ U nagħtihom fejn jgħammru, għax se nurihom ħniena;+ u jsiru qishom nies li ma kontx warrabthom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom, u nwiġibhom.+  U dawk t’Efrajm isiru bħal irġiel setgħanin,+ u qalbhom tifraħ bħallikieku bl-inbid.+ U wliedhom stess se jaraw u jifirħu;+ qalbhom se tithenna b’Ġeħova.+  “‘Jien se nsaffrilhom+ u niġborhom flimkien; għax żgur li nifdihom,+ u jsiru ħafna, bħal dawk li saru ħafna.+  U se nxerridhom bħal żerriegħa fost il-popli,+ u fil-postijiet imbegħdin se jiftakru fija;+ u jridu jerġgħu jieħdu r-ruħ maʼ wliedhom u jiġu lura.+ 10  Inġibhom lura mill-art taʼ l-Eġittu;+ u mill-Assirja se niġborhom flimkien;+ u lejn l-art taʼ Gilegħad+ u l-Libanu nġibhom, u ma jkunx hemm biżżejjed wisaʼ għalihom.+ 11  U ngħaddi minn ġol-baħar u nqallbu;+ u fil-baħar nidrob il-mewġ,+ u l-ilmijiet fondi kollha tan-Nil jinxfu.+ U l-kburija taʼ l-Assirja titniżżel,+ u x-xettru+ taʼ l-Eġittu jitlaq.+ 12  Jien stess, Ġeħova, se nagħmilhom superjuri,+ u f’ismi se jimxu,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 31:19, in-nota taʼ taħt.