Żakkarija 1:1-21

1  Fit-tmien xahar fit-​tieni sena taʼ Darju+ l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija,+ bin Berekija, bin Iddo,+ il-​profeta, tgħid:  “Ġeħova tgħaddab ferm għal missirijietkom.+  “Għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “‘Erġgħu lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,* ‘u jien nerġaʼ lura lejkom,’+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.”’  “‘Issirux bħal missirijietkom+ li l-​profeti taʼ qabel sejħulhom+ u qalulhom: “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Erġgħu lura, jekk jogħġobkom, minn triqatkom il-​ħżiena u mill-​għemejjel ħżiena tagħkom.’”’+ “‘Imma huma ma semgħux, u ma tawx kasi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “‘Fejn huma missirijietkom?+ U l-​profeti+ baqgħu jgħixu għal dejjem?  Madankollu, kliemi u r-​regolamenti tiegħi li jien ikkmandajt lill-​qaddejja tiegħi, il-​profeti,+ ma laħqux huma lil missirijietkom?’+ Għalhekk, darilhom u qalu: ‘Skond dak li Ġeħova taʼ l-​armati kellu f’moħħu li jagħmlilna,+ skond triqatna u skond l-​għemejjel tagħna, hekk għamlilna.’”+  Fl-erbgħa u għoxrin jum tal-​ħdax-il xahar, jiġifieri, ix-​xahar taʼ Xebat, fit-​tieni sena taʼ Darju,+ il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija,+ bin Berekija, bin Iddo,+ il-​profeta, tgħid:  “Bil-​lejl jien ħarist, u rajt raġel+ riekeb fuq żiemel aħmar,+ u kien wieqaf qalb is-​siġar tar-​riħan+ fil-​post fond; u warajh kien hemm żwiemel ħomor, ħomor nar, u bojod.”+  Għalhekk, jien għedt: “Min huma dawn, sidi?”+ Għal dan, l-​anġlu li kien qed ikellimni qalli:+ “Jien se nurik dawn min huma.” 10  Imbagħad ir-​raġel li kien wieqaf qalb is-​siġar tar-​riħan wieġeb u qal: “Dawn huma dawk li Ġeħova bagħathom iduru l-​art.”+ 11  U huma wieġbu lill-​anġlu taʼ Ġeħova li kien wieqaf qalb is-​siġar tar-​riħan u qalu: “Aħna dorna l-​art,+ u, ara, l-​art kollha tinsab fil-​kwiet u m’għandha ebda tfixkil.”+ 12  Għalhekk, l-​anġlu taʼ Ġeħova wieġeb u qal: “O Ġeħova taʼ l-​armati, kemm se ddum ma turi ħniena maʼ Ġerusalemm u mal-​bliet taʼ Ġuda,+ li lilhom int ikkundannajt għal dawn is-​sebgħin sena?”+ 13  U Ġeħova wieġeb lill-​anġlu li kien qed ikellimni, bi kliem tajjeb, kliem taʼ faraġ;+ 14  u l-​anġlu li kien qed ikellimni qalli: “Għajjat u għid, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Jien kont għajjur għal Ġerusalemm u għal Sijon b’għira kbira.+ 15  B’għadab kbir inħossni mgħaddab kontra l-​ġnus li huma fil-​kwiet;+ għax jien, min-​naħa tiegħi, ftit biss kont mgħaddab,+ imma huma, min-​naħa tagħhom, żiedu l-​gwaj.”’+ 16  “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘“Jien se nerġaʼ lura lejn Ġerusalemm bil-​ħniniet.+ Dari stess se tinbena fiha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, “u l-​ħabel tal-​kejl se jinfirex fuq Ġerusalemm.”’+ 17  “Għajjat iktar u għid, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Il-​bliet tiegħi jerġgħu jfuru bi tjubiti;+ u Ġeħova jerġaʼ jiddispjaċih minħabba Sijon+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.”’”+ 18  U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm erbat iqrun.*+ 19  Għalhekk, jien għedt lill-​anġlu li kien qed ikellimni: “X’inhuma dawn?” Imbagħad hu qalli: “Dawn huma l-​qrun li xerrdu lil Ġuda,+ lil Israel+ u lil Ġerusalemm.”+ 20  Iktar minn hekk, Ġeħova wrieni erbat irġiel tas-​sengħa. 21  Għal dan, jien għedt: “Dawn x’ġejjin jagħmlu?” U hu qal: “Dawn huma l-​qrun+ li xerrdu lil Ġuda sal-​punt li ħadd m’għolla rasu; u l-​oħrajn ġejjin biex iġegħluhom jitriegħdu, biex iwaqqgħu l-​qrun tal-​ġnus li qed jerfgħu qarn kontra l-​art taʼ Ġuda, sabiex ixerrduha.”+

Noti taʼ taħt

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-​armati” tidher 53 darba f’Żakkarija.
Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.