Ħosea 9:1-17

9  “Tithenniex, O Israel.+ Tifraħx bħall-​popli.+ Għax biż-​żína tbegħedt minn Alla tiegħek.+ Int ħabbejt il-​ħlas għall-​prostituzzjoni li wettaqt fuq il-​qigħan kollha fejn jidirsu l-​qmuħ.+  Il-qiegħa tad-​dris u l-​magħsar taʼ l-​inbid ma jitimgħuhomx,+ u l-​inbid ħelu jkun taʼ diżappunt għalihom.+  Ma jibqgħux jgħammru fl-​art taʼ Ġeħova,+ u Efrajm imur lura għand l-​Eġittu,+ u fl-​Assirja se jieklu dak li mhux nadif.+  Mhux se jkomplu jferrgħu l-​inbid lil Ġeħova.+ U bis-​sagrifiċċji tagħhom hu ma jitgħaxxaqx;+ dawn huma bħall-​ħobż taʼ żmien il-​vistu+ għalihom; dawk kollha li jieklu minnu se jitniġġsu. Għax il-​ħobż tagħhom hu għalihom stess; ma jidħolx fid-​dar taʼ Ġeħova.+  X’se tagħmlu intom f’jum il-​laqgħa u f’jum il-​festa taʼ Ġeħova?+  Għax se jkollhom jitilqu minħabba l-​ħerba.+ L-​Eġittu se jiġborhom flimkien;+ Memfi+ se tidfinhom. Il-​ħurrieq se jiret l-​affarijiet mixtiqin tagħhom tal-​fidda;+ għollieq se jkun hemm fit-​tined tagħhom.+  “Il-​jiem li tingħata attenzjoni jridu jiġu;+ il-​jiem tal-​ħlas mistħoqq iridu jiġu.+ In-​nies taʼ Israel se jkunu jafuh dan.+ Il-​profeta se jkun bħal iblah,+ il-​bniedem t’espressjoni mnebbħa se jiġġennen minħabba l-​abbundanza taʼ l-​iżball tiegħek,+ u minħabba li l-​mibegħda hija abbundanti.”  L-għassies+ t’Efrajm kien m’Alla tiegħi.+ Inkwantu għall-​profeta,+ hemm in-​nasba tan-​nassâb fit-​triqat kollha tiegħu;+ hemm il-​mibegħda f’dar Alla tiegħu.  Huma involvew ruħhom sew f’li jġibu rovina,+ bħal f’jiem Gibegħa.+ Hu se jiftakar l-​iżball tagħhom;+ se jitlob kont taʼ dnubiethom. 10  “Bħall-​għeneb fix-​xagħri qist lil Israel.+ Bħat-​tina bikrija fuq siġra tat-​tin fil-​bidu tagħha jien rajt lil missirijietkom.+ Imma huma marru għand Bagħal taʼ Pegħor,+ u ddedikaw ruħhom lill-​ħaġa taʼ mistħija,+ u saru moqżieża bħall-​ħaġa li ħabbew.+ 11  U l-​glorja t’Efrajm se ttir bħal għasfur,+ u la jkun hemm twelid, la tqala, u lanqas tnissil.+ 12  Għax għalkemm irabbu ’l uliedhom subien, jien ma nħallilhomx tfal biex ma jkun hemm ebda raġel.+ Iva, gwaj għalihom meta nwarrab minnhom!+ 13  Efrajm, li rajtu bħal Tir imħawwel f’mergħa,+ iva, Efrajm se jkollu joħroġ ’l uliedu għall-​qattiel.”+ 14  Agħtihom, O Ġeħova, dak li għandek tagħtihom.+ Agħtihom ġuf li ma jżommx tarbija+ u isdra nexfin. 15  “Il-​ħażen kollu tagħhom kien f’Gilgal,+ għax hemmhekk kelli nobgħodhom.+ Minħabba l-​aġir mill-​agħar tagħhom se nkeċċihom minn ġo dari stess.+ Ma nkomplix nurihom imħabba.+ Il-​prinċpijiet kollha tagħhom qed iwebbsu rashom.+ 16  Efrajm għandu jiġġarraf.+ L-​istess għerq tagħhom għandu jinxef.+ Ma jkollhomx frott.+ Ukoll, fil-​każ li jildu, jien noqtlilhom l-​affarijiet mixtiqin taʼ ġufhom.”+ 17  Alla tiegħi+ jiċħadhom għax ma semgħux minnu,+ u jkunu maħrubin fost il-​ġnus.+

Noti taʼ taħt