Ħosea 8:1-14

8  “Poġġi qarn+ maʼ fommok! Ġej wieħed bħal ajkla+ kontra d-​dar taʼ Ġeħova, għax huma kisru l-​patt tiegħi,+ u kontra l-​liġi tiegħi naqsu.+  Lili jibqgħu jgħajtu, ‘O Alla tagħna, aħna, Israel, nafuk.’+  “Israel twarrab mit-​tajjeb.+ Ħa jiġri warajh l-​għadu.+  Huma għamlu slaten,+ imma mhux minni kien ġej dan. Għamlu prinċpijiet, imma ma kontx naf b’dan. Bil-​fidda u d-​deheb tagħhom għamlu idoli għalihom,+ għall-​qerda tagħhom stess.+  L-għoġol tiegħek ġie mwarrab,+ O Samarija. Ir-​rabja tiegħi xegħlet kontrihom.+ Kemm se jdumu hekk, mhux kapaċi jirkupraw l-​innoċenza tagħhom?+  Minn Israel kien dan l-​għoġol.+ Sempliċi bniedem tas-​sengħa għamlu,+ mhux Alla; għax l-​għoġol tas-​Samarija se jsir frak.+  “Għax jiżirgħu r-​riħ, u riħ taʼ tempesta jaħsdu.+ M’hemmx żaraʼ wieqaf.+ Ebda rimja ma tipproduċi d-​dqiq.+ Jekk forsi tipproduċih, l-​istranġieri se jibilgħuh.+  “Israel għandu jinbelaʼ.+ Issa se jkun fost il-​ġnus,+ bħal reċipjent li ma jingħoġobx.+  Għax huma telgħu għand l-​Assirja,+ bħal żebra li nqatgħet għaliha.+ Fil-​każ t’Efrajm, huma krew il-​prostituti bħala maħbubin.+ 10  U għalkemm jibqgħu jikruhom minn fost il-​ġnus,+ jien issa se niġborhom flimkien; u se jbatu ħafna+ għal ftit żmien minħabba t-​tagħbija tas-​sultan u l-​prinċpijiet. 11  “Għax Efrajm żied l-​artali biex jidneb.+ Għamel l-​artali biex jidneb.+ 12  Ktibtlu ħafna affarijiet fil-​liġi+ tiegħi imma qieshom sempliċement bħala xi ħaġa barranija.+ 13  Huma offrewli l-​laħam+ b’sagrifiċċji bħala għotja, u kielu dak li Ġeħova ma ħax pjaċir bih.+ Issa hu se jiftakar l-​iżball tagħhom u jitlob kont taʼ dnubiethom.+ Għand l-​Eġittu reġgħu marru.+ 14  U Israel beda jinsa lil Dak li għamlu+ u beda jibni t-​tempji;+ u Ġuda żied il-​bliet fortifikati.+ Se nibgħat in-​nar fil-​bliet tiegħu u dan irid jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ kull wieħed minnhom.”+

Noti taʼ taħt