Ħosea 7:1-16

7  “Kull darba li nipprova nfejjaq lil Israel,+ jinkixef l-​iżball t’Efrajm+ u l-​ħażen tas-​Samarija;+ għax jaġixxu bil-​qerq,+ u l-​ħallelin jidħlu fid-​djar; qatgħa ħallelin jattakkaw fuq barra.+  U f’qalbhom ma jgħidux+ li jien se niftakar fil-​ħażen kollu tagħhom.+ Issa jinsabu mdawrin minn kullimkien bl-​aġir tagħhom.+ Quddiem wiċċi qiegħed.+  Bil-ħażen tagħhom huma jferrħu lis-​sultan u bil-​qerq tagħhom lill-​prinċpijiet.+  Ilkoll kemm huma adulteri;+ huma bħal forn li jitkebbes minn furnar, li ma jibqax iqalleb in-​nar minn x’ħin jagħmel l-​għaġina sakemm titħemmer.  F’jum is-​sultan tagħna, il-​prinċpijiet dardru lilhom infushom+—hemm dagħdigħa minħabba l-​inbid.+ Hu medd idu maʼ dawk li jirridikolaw.  Għax huma bħallikieku ġabu lil qalbhom qrib forn;+ qed taqbad ġo fihom.+ Il-​lejl kollu rieqed il-​furnar tagħhom; sa fil-​għodu l-​forn ikun jaqbad b’nar iħeġġeġ.+  Ilkoll isiru jaħarqu bħall-​forn, u jibilgħu lill-​imħallfin tagħhom. Is-​slaten tagħhom waqgħu kollha;+ ħadd minnhom ma qiegħed jgħajjatli.+  “Efrajm jitħallat mal-​popli.+ Efrajm sar ftira mhix imdawra fuq in-​naħa l-​oħra.+  L-istranġieri belgħulu setegħtu,+ u ma ntebaħx.+ Ukoll, ix-​xagħar griż bjadlu, imma ma ntebaħx. 10  U l-​kburija taʼ Israel xehdet kontrih stess,+ u minħabba dan kollu huma ma reġgħux lura lejn Ġeħova Alla tagħhom,+ lanqas ma fittxewh.+ 11  U Efrajm hu bħal ħamiema+ b’moħħ sempliċi u b’qalb belha.*+ Lill-​Eġittu sejħu;+ għand l-​Assirja marru.+ 12  “Imorru fejn imorru, nifrex fuqhom ix-​xibka tiegħi.+ Bħal ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet inniżżilhom.+ Niddixxiplinahom skond it-​twissija li ngħataw bħala ġemgħa.+ 13  Gwaj għalihom,+ għax ħarbu minni!+ Inħarbathom, għax dinbu kontrija! Jien fdejthom,+ imma huma gidbu fuqi.+ 14  U ma sejħulix mill-​qalb għall-​għajnuna,+ għalkemm baqgħu jnewħu fuq is-​sodod tagħhom. Minħabba l-​qmuħ u l-​inbid ħelu tagħhom huma baqgħu jitnikkru ’l hemm u ’l hawn;+ baqgħu jduru kontrija.+ 15  Jien, min-​naħa tiegħi, iddixxiplinajthom;+ saħħaħtilhom dirgħajhom,+ imma baqgħu jfasslu l-​ħażen kontrija.+ 16  U huma reġgħu lura, iżda mhux lejn xi ħaġa iktar għolja;*+ kienu saru bħal qaws merħi.+ Bis-​sejf jaqgħu l-​prinċpijiet tagħhom minħabba li jikkundannaw bi lsienhom.+ Dan se jkun il-​kaġun tat-​twaqqigħ għaċ-​ċajt tagħhom fl-​art taʼ l-​Eġittu.”+

Noti taʼ taħt

Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “mhux ’il fuq,” jiġifieri, mhux lejn forma elevata taʼ qima.