Ħosea 6:1-11

6  “Ejjew, ħa nerġgħu lura lejn Ġeħova,+ għax hu stess qattagħna biċċiet+ imma se jfejjaqna.+ Hu sawwatna, imma se jinfaxxana.+  Se jagħtina l-​ħajja wara jumejn.+ Fit-​tielet jum iqajjimna, u aħna ngħixu quddiemu.+  U se nkunu nafu, iva, se nibqgħu nfittxu li nkunu nafu lil Ġeħova.+ Bħaż-​żerniq,+ il-​wasla tiegħu hija stabbilita fis-​sod.+ Jiġi għandna bħax-​xita qawwija;+ bħax-​xita tar-​rebbiegħa li xxebbaʼ l-​art.”+  “X’nagħmillek, O Efrajm? X’nagħmillek, O Ġuda,+ meta l-​qalb tajba bl-​imħabba tagħkom hi bħas-​sħab taʼ fil-​għodu u bħan-​nida li tgħib kmieni?  Għalhekk ikolli nidrobhom permezz tal-​profeti;+ se jkolli noqtolhom bi kliem fommi.+ U l-​ġudizzji fuqek ikunu bħad-​dawl li jiddi.+  Għax jien bil-​qalb tajba bl-​imħabba tgħaxxaqt,+ mhux bis-​sagrifiċċji;+ u bl-​għarfien dwar Alla minflok bl-​offerti sħaħ tal-​ħruq.+  Imma huma, bħal sempliċi bnedmin, kisru l-​patt.+ Hemmhekk aġixxew miegħi bi tradiment.+  Gilegħad+ hija belt mimlija nies li jipprattikaw il-​ħsara; il-​passi tagħhom huma demm.+  U bħal qtajjaʼ taʼ ħallelin lesti għal xi ħadd,+ hekk hi l-​ġemgħa taʼ qassisin.+ F’Sikem+ joqtlu mal-​ġenb tal-​mogħdija, għax ma jwettqu xejn ħlief kondotta laxka.+ 10  Fid-dar taʼ Israel rajt ħaġa orribbli.+ Hemmhekk Efrajm żena.+ Israel tniġġes.+ 11  Iktar minn hekk, O Ġuda, hemm ħsad lest għalik, meta niġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi.”+

Noti taʼ taħt