Ħosea 5:1-15

5  “Isimgħu dan, O qassisin,+ u oqogħdu attenti, O dar Israel, u intom, O dar is-​sultan,+ agħtu widen, għax il-​ġudizzju għandu x’jaqsam magħkom; għax sirtu nassa+ f’Mispa u bħal xibka mifruxa fuq it-​Tabor.+  U dawk li tbiegħdu minn dak li hu tajjeb involvew ruħhom sew fil-​qtil,+ u jien widdibthom kollha.+  Jien personalment kont naf lil Efrajm,+ u Israel ma kienx moħbi minni.+ Għax issa, O Efrajm, int ittrattajt lin-​nisa li mort magħhom bħala prostituti;+ u Israel tniġġes.+  L-aġir tagħhom ma jippermettilhomx jerġgħu lura lejn Alla tagħhom,+ għax hemm spirtu taʼ żína+ f’nofshom; u lil Ġeħova ma rrikonoxxewhx.+  U l-​kburija taʼ Israel xehdet kontrih stess;+ u Israel u Efrajm jitfixklu fl-​iżball tagħhom stess.+ Ġuda wkoll tfixkel magħhom.+  Huma fittxew lil Ġeħova bin-​nagħaġ u l-​baqar tagħhom, imma ma setgħux isibuh.+ Hu kien tbiegħed minnhom.  Maʼ Ġeħova huma aġixxew bi tradiment,+ għax saru missirijiet taʼ wlied stranġieri.+ F’xahar se jinbelgħu flimkien mal-​proprjetà tagħhom.+  “Doqqu l-​qarn+ f’Gibegħa,+ it-​trumbetta f’Rama! Għajtu l-​għajta tal-​gwerra f’Bet-awen+—għal warajk, O Benjamin!+  O Efrajm, f’jum iċ-​ċanfira se ssir sempliċi oġġett taʼ stagħġib.+ Fost it-​tribujiet taʼ Israel jien għarraft kliem taʼ min jafdah.+ 10  Il-prinċpijiet taʼ Ġuda saru sewwasew bħal dawk li jressqu lura t-​trufijiet taʼ proprjetà.+ Fuqhom se nsawwab qillti bħall-​ilma. 11  Efrajm maħqur, imfarrak b’ġustizzja,+ għax hu ssieħeb u mexa wara l-​avversarju tiegħu.+ 12  U jien kont bħall-​kamla+ għal Efrajm u bħal taħsir għal dar Ġuda. 13  “U Efrajm ra l-​marda tiegħu, u Ġuda l-​pjaga tiegħu.+ U Efrajm mar l-​Assirja+ u bagħat għal sultan kbir.+ Imma dan ma kellux il-​ħila jfejjaqkom,+ u ma setax ineħħilkom il-​pjaga.+ 14  Għax jien se nkun bħal iljun fl-​aqwa tiegħu għal Efrajm+ u bħal iljun b’saħħtu għal dar Ġuda. Jien, iva, jien stess se nqattagħhom biċċiet, u se mmur u nġorrhom ’l hemm, u ma jkun hemm ħadd li jeħlishom.+ 15  Se mmur u nerġaʼ lura lejn posti sakemm iġorru l-​ħtija tagħhom;+ u se jfittxu lil wiċċi.+ Meta jkunu f’sitwazzjoni mwiegħra+ jfittxuni.”+

Noti taʼ taħt