Ħosea 3:1-5

3  U Ġeħova kompla jgħidli: “Erġaʼ mur, ħobb mara maħbuba minn ieħor+ u li qed tagħmel adulterju, l-​istess bħalma Ġeħova jħobb lil ulied Israel+ għalkemm huma jduru lejn allat oħrajn+ u jħobbu ċ-​ċapep taż-​żbib tagħhom.”+  U xtrajtha bi ħmistax-il biċċa tal-​fidda+ u ħomer u nofs xgħir.  Imbagħad għedtilha: “Int se tgħammar miegħi għal ħafna jiem.+ Tiżnix+ u ssirx taʼ raġel ieħor;+ u jien ukoll ma nersaqx lejk.”  Għax ulied Israel se jgħammru għal ħafna jiem mingħajr sultan+ u mingħajr prinċep u mingħajr sagrifiċċju+ u mingħajr pilastru sagru u mingħajr efod+ u terafim.*+  Wara dan, ulied Israel se jerġgħu lura u jfittxu lil Ġeħova Alla tagħhom,+ u lil David is-​sultan tagħhom;+ u jiġu jirtogħdu lejn Ġeħova+ u lejn tjubitu fl-​aħħar parti tal-​jiem.+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 31:19, in-​nota taʼ taħt.