Ħosea 2:1-23

2  “Għidu lil ħutkom subien, ‘Poplu tiegħi!’+ u lil ħutkom bniet, ‘O mara murija l-​ħniena!’+  Iftħu kawża legali m’ommkom;+ iftħu kawża legali, għax hi mhix marti+ u jien m’iniex żewġha.+ U hi għandha twarrab iż-​żína tagħha minn quddiemha u l-​atti tagħha t’adulterju minn bejn sidirha,+  li ma nneżżagħhiex għarwiena+ u nagħmilha bħal dakinhar li twieldet,+ u nġibha bħal xagħri+ u nagħmilha bħal art bla ilma+ u noqtolha bl-​għatx.+  U lil uliedha m’iniex se nurihom ħniena,+ għax huma wlied iż-​żína.+  Għax ommhom żniet.+ Dik li kienet tqila bihom aġixxiet b’mod taʼ mistħija,+ għax qalet, ‘Irrid immur wara dawk li jħobbuni b’mod appassjonat,+ dawk li qed jagħtuni l-​ħobż u l-​ilma, is-​suf u l-​għażel, iż-​żejt u x-​xorb.’+  “Għalhekk, qed nagħlqilha triqitha bix-​xewk; u ntellgħalha ħajt,+ sabiex triqatha ma ssibhomx.+  U se tiġri wara l-​maħbubin appassjonati tagħha, imma ma tilħaqhomx;+ u tfittixhom, imma ma ssibhomx. U jkollha tgħid, ‘Irrid immur u nerġaʼ lura għand żewġi,+ l-​ewwel wieħed,+ għax dak iż-​żmien kont aħjar milli jien issa.’+  Imma hi m’għarfitx+ li kont jien li tajtha l-​qmuħ+ u l-​inbid ħelu u ż-​żejt, u li kont kattartilha l-​fidda u d-​deheb, li huma użaw għal Bagħal.+  “‘Għaldaqstant se naġixxi b’mod differenti u se nieħu lura l-​qmuħ tiegħi fi żmienu u l-​inbid ħelu tiegħi fl-​istaġun tiegħu,+ u se naħtaf is-​suf u l-​għażel tiegħi li jgħattu l-​għera tagħha.+ 10  U nikxef il-​partijiet privati tagħha quddiem il-​maħbubin appassjonati tagħha,+ u ma jkun hemm ħadd li jaħtafha minn idi.+ 11  U ntemm il-​ferħ kbir kollu tagħha,+ il-​festa tagħha,+ il-​qamar ġdid tagħha+ u s-​Sabat* tagħha u kull staġun tal-​festi tagħha. 12  U nagħmel ħerba mid-​dielja+ u mis-​siġra tat-​tin tagħha,+ li dwarhom qalet: “Huma rigal għalija li tawhuli l-​maħbubin appassjonati tiegħi”; u nagħmilhom bħal foresta,+ u l-​bhima salvaġġa tar-​rabaʼ tiblagħhom. 13  U nitlob kont+ minnha minħabba l-​jiem li fihom offriet id-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ lix-​xbihat taʼ Bagħal,+ meta qagħdet tiżżejjen bil-​ħoloq u l-​ornamenti tagħha+ u tmur wara l-​maħbubin appassjonati tagħha,+ u lili nsietni,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 14  “‘Għalhekk, qiegħed nipperswadiha, u se nġegħelha tmur fix-​xagħri,+ u se nkellimha biex nilħqilha qalbha.+ 15  U minn dakinhar ’il quddiem nagħtiha l-​għelieqi tad-​dwieli tagħha,+ u l-​pjanura l-​baxxa t’Għakor+ bħala bieb għat-​tama; u hemm twieġeb bħal f’jiem żgħożitha+ u bħal f’jum il-​ħruġ tagħha mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ 16  U jseħħ f’dak il-​jum,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘li int issejjaħli Żewġi, u ma ssejjaħlix iktar Sidi.’*+ 17  “‘U nneħħi l-​ismijiet tax-​xbihat taʼ Bagħal minn fommha,+ u ma jkunux miftakrin iktar b’isimhom.+ 18  U nagħmel patt għall-​poplu tiegħi f’dak il-​jum rigward il-​bhima salvaġġa tar-​rabaʼ+ u l-​ħliqa li ttir fis-​smewwiet u l-​ħliqa li titkaxkar maʼ l-​art, u neqred mill-​pajjiż il-​qaws u s-​sejf u l-​gwerra,+ u nħallihom jgħixu fis-​sigurtà.+ 19  U ngħarrsek miegħi għal żmien indefinit,*+ u ngħarrsek miegħi bis-​sewwa u bil-​ġustizzja u bil-​qalb tajba bl-​imħabba u bil-​ħniniet.+ 20  U ngħarrsek miegħi bil-​fedeltà; u int issir taf lil Ġeħova.’+ 21  “‘U jrid iseħħ f’dak il-​jum li jien inwieġeb,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘inwieġeb lis-​smewwiet, u huma, min-​naħa tagħhom, iwieġbu lill-​art;+ 22  u l-​art, min-​naħa tagħha, twieġeb lill-​qmuħ+ u lill-​inbid ħelu u liż-​żejt; u huma, min-​naħa tagħhom, iwieġbu lil Ġeżragħel.*+ 23  U niżragħha bħal żerriegħa għalija fl-​art,+ u nuri ħniena maʼ dik li ma ntwerietx ħniena,+ u ngħid lil dawk li m’humiex il-​poplu tiegħi: “Intom il-​poplu tiegħi”;+ u huma, min-​naħa tagħhom, jgħidu: “Int Alla tagħna.”’”+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “Bagħal tiegħi.”
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Ifisser “Alla Se Jiżraʼ ż-​Żerriegħa.”