Ħosea 14:1-9

14  “Ejja lura, O Israel, lejn Ġeħova Alla tiegħek,+ għax int tfixkilt fl-​iżball tiegħek.+  Ġibu l-​kliem taʼ ndiema magħkom u ejjew lura lejn Ġeħova.+ Għidulu, intom ilkoll, ‘Jalla taħfer l-​iżball;+ u aċċetta t-​tajjeb, u aħna se noffru bi tpattija l-​frott taʼ xofftejna, iva, il-​barrin żgħar tat-​tifħir.+  L-Assirja mhix se ssalvana.+ Fuq żwiemel m’aħniex se nirkbu.+ U qatt iktar m’aħna se ngħidu: “O Alla tagħna!” lil xogħol idejna, għax huwa permezz tiegħek li tifel bla missier jintwera ħniena.’+  “Se nfejjaq in-​nuqqas taʼ fedeltà tagħhom.+ Se nħobbhom minn jeddi,+ għax ir-​rabja tiegħi reġgħet lura minn fuqu.+  Se nsir bħan-​nida għal Israel.+ Hu se jwarrad bħall-​ġilju, u se joħroġ għeruqu bħal-​Libanu.  Il-friegħi tiegħu se jinfirxu, u d-​dinjità tiegħu se ssir bħal dik tas-​siġra taż-​żebbuġ,+ u l-​fwieħa tiegħu se tkun bħal tal-​Libanu.  Huma se jerġgħu jgħammru f’dellu.+ Se jkabbru l-​qmuħ u jarmu bħad-​dielja.+ It-​tifkira tiegħu se tkun bħall-​inbid tal-​Libanu.  “Efrajm se jgħid, ‘X’għandi x’naqsam iktar maʼ l-​idoli?’+ “Jien stess se nwieġeb u nibqaʼ nżomm ħarsti fuqu.+ Jien inkun bħal siġra tħaddar tal-​ġnibru.+ Għandi ssib il-​frott għalik.”  Min hu għaref biex jifhem dawn l-​affarijiet,+ għaqli biex ikun jafhom?+ Għax it-​triqat taʼ Ġeħova retti,+ u n-​nies sewwa huma dawk li se jimxu fihom;+ imma dawk li jiksru l-​liġi se jitfixklu fihom.+

Noti taʼ taħt