Ħosea 13:1-16

13  “Meta Efrajm kien jitkellem, kien ikun hemm it-​tregħid; kien influwenti f’Israel.+ Imma hu sar ħati minħabba Bagħal+ u miet.+  U issa jerġgħu jidinbu u jagħmlu għalihom statwa mill-​fidda mdewba tagħhom,+ idoli skond kif jifhmu huma,+ kollha xogħol in-​nies tas-​sengħa.+ Dwar l-​idoli qed jgħidu, ‘Ħalli dawk il-​bnedmin li jagħmlu s-​sagrifiċċji jbusu l-​għoġiela.’+  Għalhekk, se jsiru bħas-​sħab taʼ fil-​għodu+ u bħan-​nida li tgħib kmieni; bħall-​karfa li tittajjar mill-​qiegħa tad-​dris+ u bħad-​duħħan mill-​fetħa tas-​saqaf.  “Imma jien Ġeħova Alla tiegħek minn żmien l-​art taʼ l-​Eġittu,+ u ma kont taf b’ebda Alla ieħor ħliefi; u ma kien hemm ebda salvatur ħliefi.+  Jien ħadt ħsiebek fix-​xagħri,+ fl-​art fejn in-​nies jitlgħalhom id-​deni.+  Meta kielu mill-​mergħa tagħhom xebgħu.+ Xebgħu u qalbhom tkabbret.+ Għalhekk insewni.+  U jien se nsir għalihom bħal iljun b’saħħtu.+ Bħal leopard ħdejn it-​triq se nibqaʼ nħares.+  Se nħebb għalihom bħal orsa li tilfet il-​frieħ tagħha,+ u se niftħilhom il-​qafas taʼ sidirhom. Niblagħhom hemmhekk bħal iljun;+ bhima salvaġġa tar-​rabaʼ se tqattagħhom biċċiet.+  Se ssir ħerba,+ O Israel, għax dak li għamilt kien kontrija, kontra l-​għajnuna tiegħek.+ 10  “Fejn, allura, hu s-​sultan tiegħek, biex isalvak fil-​bliet kollha tiegħek,+ u l-​imħallfin tiegħek, li dwarhom int għedt, ‘Agħtini sultan u prinċpijiet’?+ 11  Jien tajtek sultan fir-​rabja tiegħi,+ u fil-​qilla tiegħi se nneħħih.+ 12  “L-​iżball t’Efrajm huwa merfugħ f’sorra, dnubu ġie maħżun.+ 13  Fuqu se jiġi l-​uġigħ tal-​ħlas taʼ mara tiled.+ M’huwiex iben għaqli,+ għax meta jasallu żmienu ma jiħux il-​pożizzjoni fil-​post minfejn l-​ulied joħorġu mill-​ġuf.+ 14  “Minn taħt idejn il-​Qabar* se nifdihom;+ mill-​mewt se nġibhom lura.+ Fejn hu t-​tingiż tiegħek, O Mewt?+ Fejn hi s-​setgħa qerrieda tiegħek, O Qabar?+ Il-​mogħdrija se tkun moħbija minn għajnejja.+ 15  “Imqar jekk joktor bħall-​qasab,+ jiġi riħ mil-​lvant, ir-​riħ taʼ Ġeħova.+ Mix-​xagħri ġej, u se jnixxef il-​bir tiegħu u jixxotta n-​nixxiegħa tiegħu.+ Dan se jħarbat it-​teżor li fih kull oġġett mixtieq.+ 16  “Is-​Samarija se tinstab ħatja,+ għax hi qed tirribella kontra Alla tagħha.+ Bis-​sejf se jaqgħu.+ Uliedhom se jitfarrku+ u n-​nisa tqal tagħhom se jiġu mċarrtin.”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.