Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħosea 12:1-14

12  “Efrajm jiekol ir-riħ+ u jiġri wara r-riħ mil-lvant il-jum kollu.+ Kattar il-gideb u s-serq.+ Jagħmlu patt maʼ l-Assirja,+ u lejn l-Eġittu jinġieb iż-żejt.  “U Ġeħova għandu kawża legali maʼ Ġuda,+ iva, se jitlob kont minn Ġakobb skond triqatu;+ se jħallsu lura skond l-aġir tiegħu.+  Fiż-żaqq hu ħataf lil ħuh mill-għarqub,+ u b’saħħtu kollha ssara m’Alla.+  U baqaʼ jissara m’anġlu u fl-aħħar għelbu.+ Beka, u talbu jurih ħniena.”+ F’Betel Hu sabu,+ u hemmhekk Hu kellimna.+  U dan hu Ġeħova, l-Alla taʼ l-armati.+ Ġeħova hu l-isem li bih jiġi miftakar.+  “U int, lejn Alla tiegħek għandek terġaʼ lura,+ billi tħares il-qalb tajba bl-imħabba+ u l-ġustizzja;+ u ħa tittama f’Alla tiegħek il-ħin kollu.+  F’id in-negozjant hemm il-miżien tal-qerq;+ hu jħobb jimbrolja.+  U Efrajm jibqaʼ jgħid, ‘Tabilħaqq, sirt sinjur;+ sibt affarijiet taʼ valur għalija.+ Fit-taħbit kollu tiegħi m’humiex se jsibuli xi żball li huwa dnub.’+  “Imma jien Ġeħova Alla tiegħek minn żmien l-art taʼ l-Eġittu.+ Għad nagħmlek tgħammar fit-tined bħal fil-jiem taʼ festa. 10  Jien kellimt lill-profeti,+ żidt il-viżjonijiet, u tajt tixbihat permezz tal-profeti.+ 11  “In-nies taʼ Gilegħad ipprattikaw il-maġija u gidbu.+ F’Gilgal issagrifikaw il-barrin.+ Iktar minn hekk, l-artali tagħhom huma bħal gzuz taʼ ġebel fir-raddi tar-rabaʼ.+ 12  U Ġakobb ħarab lejn it-territorju tas-Sirja,+ u Israel+ baqaʼ jaqdi għal mara,+ u għal mara ħares in-nagħaġ.+ 13  U bi profeta, Ġeħova ħareġ lil Israel mill-Eġittu,+ u bi profeta ħarsu.+ 14  Efrajm offenda bl-ikrah lil Alla,+ u l-għemejjel tiegħu taʼ tixrid taʼ demm jibqgħu fuqu,+ u s-Sid Grandjuż tiegħu se jroddlu t-tmaqdir li ġab fuqu.”+

Noti taʼ taħt