Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħosea 10:1-15

10  “Israel dielja+ li qed issir salvaġġa. Jibqaʼ jagħmel il-frott għalih.+ Skond l-abbundanza tal-frott tiegħu hu żied l-artali tiegħu.+ Skond it-tjubija t’artu, in-nies waqqfu pilastri sagri impressjonanti.+  Qalbhom saret ipokrita;+ issa se jinstabu ħatjin. “Hemm wieħed li se jkisser l-artali tagħhom; se jħarbat il-pilastri tagħhom.+  Għax issa se jgħidu, ‘M’għandna ebda sultan,+ għax ma bżajniex minn Ġeħova. U x’se jagħmel għalina s-sultan?’  “Huma jitkellmu fil-vojt, jaħilfu falz,+ jagħmlu pattijiet;+ u l-ġudizzju nibet bħal pjanta velenuża fir-raddi tar-rabaʼ.+  Ir-residenti tas-Samarija se jibżgħu minħabba l-idolu forma t’għoġol taʼ Bet-awen;+ minħabba fih in-nies tagħha se jitnikktu, kif ukoll il-qassisin taʼ l-allat barranin tagħha li kienu jkunu ferħanin bih minħabba l-glorja tiegħu, għax se jkun mar fl-eżilju lil hinn minnhom.+  Saħansitra xi ħadd se jġib l-idolu lejn l-Assirja bħala għotja lil sultan kbir.+ Mistħija se jġib fuqu nnifsu Efrajm,+ u Israel se jistħi bil-pjanijiet tiegħu.+  Is-Samarija u s-sultan tagħha se jgħibu,+ bħal fergħa mqaċċta fuq wiċċ l-ilmijiet.  U l-postijiet għall-qima* taʼ Bet-awen,+ id-dnub taʼ Israel,+ se jinqerdu għalkollox. Xewk u għollieq+ se jikbru fuq l-artali tagħhom.+ U n-nies se jgħidu lill-muntanji, ‘Ordmuna!’ u lill-għoljiet, ‘Aqgħu fuqna!’+  “Sa mill-jiem taʼ Gibegħa+ ilek tidneb,+ O Israel. Hemmhekk huma ma tbiddlux. F’Gibegħa, il-gwerra kontra wlied l-inġustizzja ma laħqithomx għalkollox.+ 10  Meta rrid se niddixxiplinahom.+ U l-popli se jinġabru kontrihom meta b’kastig ikollhom iġorru ż-żewġ żbalji tagħhom.+ 11  “Efrajm kien għoġla mħarrġa li tħobb tidres;+ u jien, min-naħa tiegħi, għaddejt fuq l-għonq sabiħ tagħha. Se rrikkeb lil xi ħadd fuq Efrajm.+ Ġuda jaħrat;+ Ġakobb iwittilu l-ħamrija.+ 12  Iżirgħu bis-sewwa;+ aħsdu skond il-qalb tajba bl-imħabba.+ Aħdmu l-art li hi tajba għall-ħrit,+ meta għad hemm ħin biex tfittxu lil Ġeħova sakemm jiġi+ u jistruwikom dwar is-sewwa.+ 13  “Intom ħrattu l-ħażen.+ Ħsadtu l-inġustizzja.+ Intom kiltu l-frott tal-qerq,+ għax fdajtu fi triqitkom,+ fil-kotra tas-setgħanin tagħkom.+ 14  U qamet rewwixta fost nieskom,+ u l-bliet fortifikati tagħkom se jkunu rovinati kollha,+ bħar-rovina li għamel Salman minn dar Arbel, fil-jum tal-battalja meta omm tfarrket maġenb uliedha stess.+ 15  Hekk se jagħmlulkom, O Betel, minħabba l-ħażen estrem tagħkom.+ Fiż-żerniq, is-sultan taʼ Israel żgur se jkollu jgħib.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.