Ħosea 1:1-11

1  Il-kelma taʼ Ġeħova+ li ġiet għand Ħosea+ bin Begħeri fi żmien+ Użżija,+ Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam+ bin Ġowas,+ is-​sultan taʼ Israel.  Ġeħova beda jitkellem permezz taʼ Ħosea, u Ġeħova qal lil Ħosea: “Mur,+ ħu għalik mara li se tiżni u int se jkollok tfal miż-​żína, għax żgur li minħabba ż-​żína l-​art ma tibqax timxi wara Ġeħova.”+  U hu mar u ħa lil Gomer bint Diblajm, u hi ħarġet tqila u maż-​żmien wilditlu iben.+  U Ġeħova kompla jgħidlu: “Semmih Ġeżragħel,+ għax ftit taż-​żmien ieħor nitlob kont taʼ l-​atti taʼ tixrid taʼ demm taʼ Ġeżragħel* mid-​dar taʼ Ġeħu,+ u ntemm il-​ħakma rjali taʼ dar Israel.+  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li jien inkisser il-​qaws+ taʼ Israel fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Ġeżragħel.”  U hi ħarġet tqila darb’oħra u wildet bint. U Hu kompla jgħidlu: “Semmiha Lo-ruħama,*+ għax ma nurix iktar ħniena+ maʼ dar Israel, għax żgur li nkeċċihom.+  Imma nuri ħniena maʼ dar Ġuda,+ u nsalvahom b’Ġeħova Alla tagħhom;+ imma m’iniex se nsalvahom b’qaws jew b’sejf jew bi gwerra, bi żwiemel jew b’rikkieba taż-​żwiemel.”+  U maż-​żmien qatgħet il-​ħalib lil Lo-ruħama, u reġgħet ħarġet tqila u wildet iben.  Għalhekk, Hu qal: “Semmih Lo-għammi,* għax intom m’intomx il-​poplu tiegħi u jien mhux se nkun Alla tagħkom. 10  “U l-​għadd taʼ wlied Israel irid isir bħar-​ramel tal-​baħar li ma jistax jitkejjel jew jingħadd.+ U jrid iseħħ li fil-​post fejn kien jintqalilhom, ‘M’intomx il-​poplu tiegħi,’+ se jintqalilhom, ‘Ulied l-​Alla l-​ħaj.’+ 11  U wlied Ġuda u wlied Israel se jinġabru flimkien f’unità+ u jistabbilixxu għalihom infushom kap wieħed u joħorġu mill-​art,+ għax kbir ikun il-​jum taʼ Ġeżragħel.+

Noti taʼ taħt

Il-belt irjali fejn kienu jgħixu s-​slaten taʼ Israel tat-​tramuntana, għalkemm is-​Samarija kienet il-​belt kapitali tagħhom. Ara l-​1Sl 21:1.
Ifisser “Ma Ntwerietx Ħniena.”
Ifisser “Mhux il-​Poplu Tiegħi.”