Ħaggaj 2:1-23

2  Fis-sebaʼ+ xahar, fil-​wieħed u għoxrin jum tax-​xahar, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet permezz taʼ Ħaggaj,+ il-​profeta, tgħid:  “Għid, jekk jogħġbok, lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-​gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-​qassis il-​kbir, u lil dawk li fadal mill-​poplu, għidilhom,  ‘Min għad fadal fostkom li ra din id-​dar fil-​glorja li kellha qabel?+ U kif qed tarawha issa? F’għajnejkom qisha m’hi xejn imqabbla maʼ kif kienet qabel, hux tassew?’+  “‘Imma issa agħmel il-​ħila, O Żerubbabel,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u agħmel il-​ħila,+ O Ġożwè, bin Ġeħosadak il-​qassis il-​kbir.’ “‘U agħmlu l-​ħila, intom in-​nies kollha tal-​pajjiż,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u aħdmu.’+ “‘Għax jien magħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.  ‘Ftakru fil-​ħaġa li għamilt patt dwarha magħkom meta ħriġtu mill-​Eġittu,+ u meta l-​ispirtu tiegħi+ kien fostkom. Tibżgħux.’”+  “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Għal darb’oħra—fi ftit żmien ieħor+—irriegħed is-​smewwiet u l-​art u l-​baħar u l-​art niexfa.’+  “‘U se rriegħed il-​ġnus kollha, u jidħlu l-​affarijiet mixtiqin tal-​ġnus kollha;+ u nimla din id-​dar bil-​glorja,’+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.  “‘Tiegħi l-​fidda u tiegħi d-​deheb,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.  “‘Il-​glorja taʼ din id-​dar taʼ issa se tkun akbar minn taʼ dik taʼ qabel,’+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. “‘U f’dan il-​post se nagħti l-​paċi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.” 10  Fl-erbgħa u għoxrin jum tad-​disaʼ xahar, fit-​tieni sena taʼ Darju, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ħaggaj,+ il-​profeta, tgħid: 11  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Staqsi, jekk jogħġbok, lill-​qassisin dwar il-​liġi,+ u għidilhom: 12  “Jekk raġel iġorr laħam qaddis fi djul ilbiesu u jmiss bi lbiesu ħobż jew soppa jew inbid jew żejt jew xi tip taʼ ikel, se jitqaddes dan?”’”+ U l-​qassisin wieġbu u qalu: “Le!” 13  U Ħaggaj qal: “Jekk xi ħadd ma jibqax nadif minħabba li jkun mess xi ruħ mejta u jmiss xi waħda minn dawn l-​affarijiet, din ma tibqax nadifa, hux tassew?”+ Bi tweġiba l-​qassisin qalu: “Iva, ma tibqax nadifa.” 14  Għaldaqstant, Ħaggaj wieġeb u qal: “‘Hekk hu dan il-​poplu, u hekk hu dan il-​ġens quddiemi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u hekk hu x-​xogħol kollu taʼ idejhom, u kulma jippreżentaw hemmhekk. M’huwiex nadif.’+ 15  “‘Imma issa, jekk jogħġobkom, ħallu lil qalbkom+ tikkunsidra dan mil-​lum ’il quddiem, x’kien qed jiġri qabel ma tpoġġiet ġebla fuq oħra fit-​tempju taʼ Ġeħova,+ 16  minn meta ġraw dawn l-​affarijiet—wieħed ġie għal munzell t’għoxrin kejl, u sab li kien hemm għaxra; wieħed ġie lejn il-​magħsar taʼ l-​inbid biex jiġbed minnu ħamsin kejl, u sab li kien hemm għoxrin;+ 17  jien ilqattkom bit-​taħsir taʼ riħ jaħraq,+ bil-​moffa,+ u bis-​silġ,+ iva, lix-​xogħol kollu taʼ idejkom,+ u ma kien hemm ħadd minnkom li dar lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova— 18  “‘Jekk jogħġobkom, ħallu lil qalbkom+ tikkunsidra dan mil-​lum ’il quddiem, mill-​erbgħa u għoxrin jum tad-​disaʼ xahar, minn dakinhar li tqiegħed il-​pedament tat-​tempju taʼ Ġeħova;+ ħallu lil qalbkom tikkunsidra dan: 19  Għad hemm iż-​żerriegħa fil-​maħżen tal-​qmuħ?+ U d-​dielja u t-​tina u r-​rummiena u ż-​żebbuġa ma tawx frott, hux tassew? Minn dan il-​jum jien se nberikkom.’”+ 20  U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għat-​tieni darba għand Ħaggaj+ fl-​erbgħa u għoxrin jum tax-​xahar,+ tgħid: 21  “Għid lil Żerubbabel, il-​gvernatur taʼ Ġuda,+ ‘Se rriegħed is-​smewwiet u l-​art.+ 22  U se nwaqqaʼ t-​tron taʼ saltniet u nġib fix-​xejn is-​saħħa tas-​saltniet tal-​ġnus;+ u se naqleb il-​karru u r-​rikkieba tiegħu, u ż-​żwiemel u r-​rikkieba tagħhom żgur li se jaqgħu,+ kull wieħed bis-​sejf taʼ ħuh.’”+ 23  “‘F’dak il-​jum,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘jien se nieħdok, O Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-​qaddej tiegħi,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova; ‘u nagħmlek bħal ċurkett tas-​siġill,+ għax lilek għażilt,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”+

Noti taʼ taħt