Ħaggaj 1:1-15

1  Fit-tieni sena tas-​Sultan Darju,+ fis-​sitt xahar, fl-​ewwel jum tax-​xahar, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet permezz taʼ Ħaggaj+ il-​profeta lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-​gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-​qassis il-​kbir, tgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,*+ ‘Dan il-​poplu qal: “Iż-​żmien għadu ma wasalx, iż-​żmien biex tinbena d-​dar taʼ Ġeħova.”’”+  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi permezz taʼ Ħaggaj, il-​profeta, tgħid:  “Huwa issa ż-​żmien għalikom li tgħammru fid-​djar tagħkom miksijin bl-​injam,+ waqt li din id-​dar hija mitluqa?+  U issa hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ħallu lil qalbkom tikkunsidra triqatkom.+  Intom żrajtu ħafna, imma tiġbru ftit.+ Tieklu, imma ma tixbgħux. Tixorbu, imma mhux sal-​punt li tiskru.+ Tilbsu, imma ħadd ma jisħon; u dak li qed jaħdem għall-​paga qed ipoġġi ħlasu f’borża mtaqqba.’”+  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ħallu lil qalbkom tikkunsidra triqatkom.’+  “‘Itilgħu fuq il-​muntanja u ġibu l-​injam.+ Ibnuli d-​dar+ biex hekk nieħu pjaċir biha+ u nkun glorifikat,’+ qal Ġeħova.”  “‘Fittixtu għal ħafna, imma sibtu biss ftit;+ u ġibtuh fi djarkom, u jien infaħt fuqu+—għal liema raġuni?’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. ‘Minħabba li dari hija mitluqa, filwaqt li intom tiġru, kull wieħed biex jieħu ħsieb daru stess.+ 10  Għalhekk, is-​smewwiet żammew lura minn fuqkom in-​nida tagħhom, u l-​art ma tatx il-​frott tagħha.+ 11  U jien bqajt insejjaħ għan-​nixfa fuq l-​art, fuq il-​muntanji, fuq il-​qmuħ, fuq l-​inbid ġdid,+ fuq iż-​żejt, fuq dak li tnibbet l-​art, fuq il-​bniedem, fuq l-​annimal domestiku, u fuq it-​taħbit kollu taʼ idejkom.’”+ 12  U Żerubbabel,+ bin Saltijel, u Ġożwè, bin Ġeħosadak+ il-​qassis il-​kbir, u dawk kollha li kien fadal mill-​poplu bdew jagħtu widen għal-​leħen taʼ Ġeħova Alla tagħhom,+ u għall-​kliem taʼ Ħaggaj,+ il-​profeta, għax kien Ġeħova Alla tagħhom li bagħtu; u n-​nies bdew jibżgħu minħabba Ġeħova.+ 13  U Ħaggaj il-​messaġġier+ taʼ Ġeħova kompla jkellem lill-​poplu skond l-​inkarigu li ngħata minn Ġeħova bħala messaġġier,+ u qal: “‘Jien magħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.” 14  U Ġeħova qanqal l-​ispirtu+ taʼ Żerubbabel, bin Saltijel, il-​gvernatur taʼ Ġuda, u l-​ispirtu taʼ Ġożwè,+ bin Ġeħosadak il-​qassis il-​kbir, u l-​ispirtu taʼ dawk kollha li kien fadal mill-​poplu; u huma ġew biex jagħmlu x-​xogħol fid-​dar taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, Alla tagħhom.+ 15  Dan kien fl-​erbgħa u għoxrin jum tas-​sitt xahar fit-​tieni sena tas-​Sultan Darju.+

Noti taʼ taħt

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-​armati” tidher 14-il darba fil-​profezija taʼ Ħaggaj.