Ħabakkuk 3:1-19

3  It-talba tal-​profeta Ħabakkuk f’għanja taʼ niket:  O Ġeħova, jien smajt ir-​rapport dwarek.+ Qed nibżaʼ, O Ġeħova, mill-​attività tiegħek.+ Fil-waqt tiegħek* agħtiha l-​ħajja! Fil-​waqt tiegħek agħmilha magħrufa. Fir-​rabja tiegħek, ftakar biex turi l-​ħniena.+  Alla ġie minn Teman, iva, il-​Qaddis ġie mill-​Muntanja Faran.+ Sela.*+ Id-dinjità tiegħu ksiet is-​smewwiet;+ u l-​art imtliet bit-​tifħir tiegħu.+  U d-​dija tiegħu kienet bħad-​dawl tax-​xemx.+ Kellu żewġ raġġi ħerġin minn idu, u hemmhekk kellu saħħtu moħbija.+  Qablu mxiet il-​pesta,+ u eżatt warajh id-​deni qawwi.+  Hu waqaf, sabiex jheżżeż l-​art.+ Ra u qabbeż lill-​ġnus bil-​biżaʼ.+ U l-​muntanji eterni tfarrku;+ l-​għoljiet dejjiema* mielu.+ Dan hu kif mexa żmien twil ilu.  Jien rajt it-​tined taʼ Kusan muġugħin. Id-​drapp tat-​tined taʼ l-​art taʼ Midjan+ beda jinkwieta.+  Kontra x-​xmajjar, O Ġeħova, kontra x-​xmajjar xegħlet ir-​rabja tiegħek?+ Jew kontra l-​baħar il-​qilla tiegħek,+ meta rkibt iż-​żwiemel tiegħek?+ Il-​karrijiet tiegħek kienu salvazzjoni.+  Il-qaws tiegħek jinkixef sa ma jkun għeri.+ It-​tribujiet ħalfu ħalf.+ Sela. Bix-​xmajjar int qsamt l-​art.+ 10  Il-muntanji rawk; qabadhom uġigħ kbir.+ Maltempata taʼ xita qawwija bir-​ragħad għaddiet minn hemm. L-​ilmijiet fondi semmgħu leħinhom.+ Għollew idejhom fl-​għoli. 11  Ix-xemx u l-​qamar waqfu,+ fil-​post eżaltat fejn joqogħdu.+ Il-​vleġeġ tiegħek baqgħu ħerġin bħad-​dawl.+ Il-​lanza tiegħek kienet tiddi bħal sajjetta.+ 12  Int immarċjajt madwar l-​art b’kundanna. Fir-​rabja mort tidres il-​ġnus.+ 13  U ħriġt biex issalva lill-​poplu tiegħek,+ biex issalva lill-​midluk tiegħek. Int kissirt lill-​kap tad-​dar tal-​ħażin.+ Din inkixfet mill-​pedament sa fuqnett.+ Sela. 14  Bil-bsaten tiegħu stess int infidt+ ras il-​gwerriera tiegħu meta huma ġew bis-​saħħa kollha biex ixerrduni.+ Il-​ferħ kbir tagħhom kien qisu taʼ dawk li bi ħsiebhom jibilgħu lill-​magħkus xi mkien fil-​moħbi.+ 15  Int tgħaddi mill-​baħar biż-​żwiemel tiegħek, mill-​massa taʼ ilmijiet vasti.+ 16  Jien smajt, u ħassejt il-​ġewwieni jitqanqal; mal-​ħoss xofftejja triegħdu; għadmi beda jitħassar;+ u fis-​sitwazzjoni tiegħi ħassejtni aġitat, u b’hekk se nistenna bil-​kwiet il-​jum taʼ niket,+ għax ġej għand in-​nies,+ biex jattakkahom. 17  Għalkemm is-​siġra tat-​tin tistaʼ ma tarmix,+ u ma jkunx hemm frott fid-​dwieli; il-​prodott tas-​siġra taż-​żebbuġ jistaʼ ma joħroġx tajjeb, u r-​rabaʼ mtarraġ ma jipproduċix ikel;+ in-​nagħaġ għandhom mnejn jitneħħew mill-​maqjel, u ma jkunx hemm baqar fil-​postijiet fejn jinżammu magħluqin;+ 18  Madankollu jien, min-​naħa tiegħi, se nifraħ b’Ġeħova;+ jien se nithenna bl-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+ 19  Ġeħova l-​Mulej Sovran hu l-​enerġija kbira tiegħi;+ u hu se jagħmilli saqajja bħal taċ-​ċriev,+ u jmexxini fuq il-​postijiet għoljin tiegħi.+ Lid-direttur fuq l-istrumenti tiegħi tal-​korda.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “f’nofs is-​snin.”
“Waqfa mużikali.” Ara Sa 3:2, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “taʼ żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.