Ħabakkuk 2:1-20

2  Fil-post taʼ l-​għassa tiegħi jien se nibqaʼ wieqaf,+ u se nżomm posti fuq is-​sur; u se noqgħod għassa,+ biex nara x’se jgħid permezz tiegħi+ u kif se nwieġeb meta jwiddibni.+  U Ġeħova wiġibni u qalli: “Ikteb il-​viżjoni, u niżżilha b’mod ċar fuq it-​twavel,+ sabiex min jaqraha b’leħen għoli ma jitfixkilx.+  Għax il-​viżjoni qed tistenna ż-​żmien stabbilit tagħha,+ u tibqaʼ tilheġ lejn it-​tmiem, u mhix se tigdeb. Saħansitra jekk iddum, int ibqaʼ stennieha; għax se sseħħ żgur.+ Mhix se tkun tard.  “Ara! Ruħu ntefħet;+ ma kinitx retta fih. Imma l-​ġust permezz tal-​fedeltà tiegħu jibqaʼ jgħix.+  U, tabilħaqq, l-​inbid jittradixxi+ lil raġel b’saħħtu u jġiegħlu jintefaħ bih innifsu;+ u hu ma jilħaqx il-​mira tiegħu,+ għalkemm wessaʼ ruħu bħall-​Qabar,* u hu bħall-​mewt u ma jixbaʼ qatt.+ U jibqaʼ jiġbor lill-​ġnus kollha u jiġmaʼ flimkien lill-​popli kollha.+  M’humiex dawn kollha se jgħidu qawl+ u rimarka indiretta kontrih, jinsinwaw affarijiet dwaru? U wieħed se jgħid, “‘Gwaj għal min qed ikattar dak li m’huwiex tiegħu+ (kemm se jdum!)+ u jitgħabba b’dejn kbir!  Mhux f’daqqa waħda se jqumu dawk li jitolbu l-​imgħax mingħandek, u jistenbħu dawk li qed jheżżuk bis-​saħħa, u int issir għalihom xi ħaġa xi jħarbtu?+  Talli int ħarbatt lil ħafna ġnus, dawk kollha li baqaʼ mill-​popli se jħarbtu lilek,+ minħabba d-​demm tal-​bnedmin li xerridt u l-​atti vjolenti li għamilt lill-​art, il-​belt u dawk kollha li jgħammru fiha.+  “‘Gwaj għal min qed jagħmel qligħ għal daru b’mezzi mill-​agħar,+ sabiex iqiegħed il-​bejta tiegħu fl-​għoli u jeħles mill-​ħatfa tal-​ħsara!+ 10  Int ħsibt xi ħaġa taʼ mistħija għal darek, il-​qerda taʼ bosta popli;+ u ruħek qed tidneb.+ 11  Għax sa ġebla minn ġol-​ħajt se tgħajjat bid-​dwejjaq, u mis-​saqaf taʼ l-​injam se jkun hemm travu li jwiġibha.+ 12  “‘Gwaj għal min qed jibni belt bit-​tixrid taʼ demm, u li waqqaf belt bl-​inġustizzja!+ 13  Ara! Mhux minn Ġeħova taʼ l-​armati ġej dan, li l-​popli se jkomplu jitħabtu biss għan-​nar u li l-​ġnus se jegħjew għalxejn?+ 14  Għax l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien tal-​glorja taʼ Ġeħova bħalma l-​ilmijiet jiksu l-​baħar.+ 15  “‘Gwaj għal min qed jagħti lil sħabu xi ħaġa x’jixorbu u jżid magħha d-​dagħdigħa u r-​rabja tiegħu,+ sabiex iġegħelhom jiskru, bl-​iskop li jħares lejn il-​partijiet tagħhom taʼ mistħija.+ 16  Int ċertament li se timtela bid-​diżunur minflok bil-​glorja.+ Ixrob int ukoll,+ u ħa titqies mhux ċirkonċiż.+ Il-​kies taʼ l-​id il-​leminija taʼ Ġeħova se jasal għandek,+ u se jkun hemm għajb fuq il-​glorja tiegħek; 17  għax il-​vjolenza li saret fuq il-​Libanu+ se tiġi fuqek, kif ukoll il-​ħtif li bih ħtaft u werwirt lill-​bhejjem, minħabba d-​demm tal-​bnedmin li xerridt u l-​atti vjolenti li għamilt lill-​art,+ il-​belt u dawk kollha li jgħammru fiha.+ 18  Xi swiet xbieha skolpita,+ meta dak li sawwarha kien dak li naqaxha? Xi swiet statwa magħmula minn metall imdewweb, u l-​għalliem tal-​qerq,+ meta min sawwarha tant fada fiha+ li għamel allat bla siwi li ma jitkellmux?+ 19  “‘Gwaj għal min qed jgħid lil biċċa injama: “Stenbaħ!” u lil ġebla muta: “Qum! Din se tgħallimna”!+ Ara! Din miksija bid-​deheb u l-​fidda,+ u m’hemmx nifs fiha.+ 20  Imma Ġeħova qiegħed fit-​tempju qaddis tiegħu.+ Ibqaʼ siekta quddiemu, art kollha!’”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.