Ħabakkuk 1:1-17

1  Id-dikjarazzjoni li l-​profeta Ħabakkuk ra f’viżjoni:  O Ġeħova, kemm se jkolli ndum ngħajjat għall-​għajnuna, u int ma tismax?+ Kemm se ndum insejjaħlek għall-​għajnuna mill-​vjolenza, u int ma ssalvax?+  Għaliex tħallini nara dak li hu taʼ wġigħ, u int tibqaʼ sempliċement tħares lejn l-​inkwiet? U t-​tħarbit u l-​vjolenza għala huma quddiemi? Għala hemm it-​tilwim, u għala jqum il-​ġlied?+  Għalhekk, il-​liġi tmewtet, u l-​ġustizzja ma toħroġ qatt.+ Għax il-​ħażin qed idawwar lill-​ġust minn kullimkien, u b’hekk il-​ġustizzja toħroġ mgħawġa.+  “Araw fost il-​ġnus, u ibqgħu ħarsu, u stagħġbu u ċċassaw lejn xulxin.+ Skantaw; għax fi żmienkom hemm wieħed li se jwettaq xi ħaġa, li għalkemm jgħiduhielkom ma temmnuhiex.+  Għax, ara, jien inqajjem lill-​Kaldin,+ il-​ġens aħrax u vjolenti li sejjer lejn il-​wesgħat taʼ l-​art sabiex jieħu f’idejh postijiet mgħammrin li m’humiex tiegħu.+  Hu tat-​twerwir u jqanqal il-​biżaʼ. Il-​ġustizzja u d-​dinjità tiegħu joħorġu minnu stess.+  U ż-​żwiemel tiegħu eħfef mil-​leopardi u iktar feroċi mill-​ilpup taʼ fil-​għaxija.+ U ż-​żwiemel tiegħu tal-​ġiri jħabbtu saqajhom maʼ l-​art, u ż-​żwiemel tiegħu tal-​ġiri jiġu mill-​bogħod. Itiru bħall-​ajkla li ttir bil-​ħeffa lejn xi ħaġa biex tikolha.+  Kollu kemm hu jiġi għall-​vjolenza.+ Meta l-​uċuħ tagħhom ikunu qed jinġemgħu flimkien, huma jkunu bħal riħ mil-​lvant,+ u hu jiġbor lill-​imjassrin bħar-​ramel. 10  U jwaqqaʼ għaċ-​ċajt lis-​slaten; u l-​uffiċjali għoljin huma xi ħaġa tad-​daħq għalih.+ Jidħaq ukoll b’kull post fortifikat,+ u jtellaʼ munzell trab u jaħtaf il-​post taħt idejh. 11  F’dak iż-​żmien se jimxi ’l quddiem bħal riħ u jibqaʼ għaddej u jsir ħati.+ Din il-​qawwa tiegħu jafha lill-​alla tiegħu.”+ 12  Mhux minn żmien twil ilu int, O Ġeħova?+ O Alla tiegħi, il-​Qaddis tiegħi, int ma tmutx.+ O Ġeħova, int ħejjejtu għal ġudizzju; O Blata,+ int ħtartu għal ċanfira.+ 13  Għajnejk puri wisq biex tara dak li hu ħażin; u ma tistax tħares lejn l-​inkwiet.+ Għalfejn tħares lejn dawk li jaġixxu bi tradiment,+ u tibqaʼ sieket meta xi ħadd mill-​agħar jiblaʼ lil min hu iktar ġust minnu?+ 14  U għala tagħmel lill-​bnedmin bħall-​ħut tal-​baħar, bħall-​ħlejjaq li jitkaxkru u li fuqhom ma jaħkem ħadd?+ 15  Lil dawn kollha hu jtellagħhom b’sunnara;+ ikaxkarhom bix-​xibka kbira tiegħu, u jiġborhom fix-​xibka tiegħu tal-​ħut.+ Għalhekk jithenna u jifraħ.+ 16  Għalhekk joffri sagrifiċċji lix-​xibka kbira tiegħu u joffri d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lix-​xibka tiegħu tal-​ħut; għax bihom sehmu huwa mħawwar sew biż-​żejt, u l-​ikel tiegħu bnin.+ 17  Se jibqaʼ għalhekk ibattal ix-​xibka kbira tiegħu? U għandu għalfejn joqtol lill-​ġnus il-​ħin kollu, mingħajr ma juri ebda mogħdrija?+

Noti taʼ taħt