Ġwanni 9:1-41
9 Issa, waqt li kien għaddej, ra raġel agħma mit-twelid.
2 U d-dixxipli tiegħu staqsewh: “Rabbi,+ min dineb,+ dan ir-raġel jew il-ġenituri tiegħu,+ biex twieled agħma?”
3 Ġesù wieġeb: “La dan ir-raġel ma dineb u lanqas il-ġenituri tiegħu, imma dan ġara sabiex fil-każ tiegħu jintwerew l-għemejjel t’Alla.+
4 Irridu nwettqu l-għemejjel taʼ dak li bagħatni waqt li hu bi nhar;+ ġej il-lejl+ meta ebda bniedem ma jkun jistaʼ jaħdem.
5 Sakemm qiegħed fid-dinja, jien id-dawl tad-dinja.”+
6 Wara li qal dan, beżaq fl-art, għamel it-tajn bil-bżieq, u poġġieh fuq għajnejn ir-raġel+
7 u qallu: “Mur inħasel+ fl-għadira taʼ Silogħam”*+ (isem li hu tradott ‘Mibgħut’). Għalhekk, dan telaq u nħasel,+ u ġie lura jara.+
8 Imbagħad il-ġirien u dawk li qabel kienu jarawh jittallab bdew jgħidu: “Dan mhux ir-raġel li kien joqgħod bil-qiegħda jittallab?”+
9 Xi wħud qalu: “Dan hu.” Oħrajn qalu: “Le mhux hu, imma jixbhu.” Ir-raġel qal: “Jien hu.”
10 Għaldaqstant bdew jgħidulu: “Allura, kif infetħulek għajnejk?”+
11 Wiġibhom: “Ir-raġel li jgħidulu Ġesù għamel it-tajn, poġġihuli fuq għajnejja, u qalli, ‘Mur Silogħam+ u nħasel.’ Għalhekk, mort u nħsilt u ksibt id-dawl.”
12 Għal dan, qalulu: “Fejn hu dak ir-raġel?” Qalilhom: “Ma nafx.”
13 U lir-raġel li qabel kien agħma ħaduh għand il-Fariżej.
14 Inzerta li dakinhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħlu għajnejh+ kien is-Sabat.+
15 Għalhekk, issa anki l-Fariżej qabdu jistaqsuh kif kiseb id-dawl.+ Qalilhom: “Poġġa t-tajn fuq għajnejja, u nħsilt u ġejt nara.”
16 Imbagħad xi wħud mill-Fariżej bdew jgħidu: “Dan ir-raġel mhux ġej minn Alla, għax ma josservax is-Sabat.”+ Oħrajn bdew jgħidu: “Kif jistaʼ raġel midneb iwettaq sinjali bħal dawn?”+ Għalhekk, kien hemm firda+ bejniethom.
17 U reġgħu qalu lill-agħma: “X’tgħid dwaru, peress li fetaħlek għajnejk?” Qalilhom ir-raġel: “Hu profeta.”+
18 Madankollu, il-Lhud m’emmnux li kien agħma u kiseb id-dawl, sakemm sejħu lill-ġenituri tiegħu.
19 U staqsewhom: “Dan binkom li tgħidu li twieled agħma? Allura issa kif qed jara?”
20 Imbagħad il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: “Nafu li dan hu t-tifel tagħna li twieled agħma.
21 Imma kif issa qed jara ma nafux, u lanqas nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu. Għandu l-età tiegħu. Ħa jitkellem għalih innifsu.”
22 Il-ġenituri tiegħu qalu dan għax kienu jibżgħu+ mil-Lhud, għax il-Lhud kienu diġà ftiehmu li min jistqarru bħala Kristu jitkeċċa mis-sinagoga.+
23 Huwa għalhekk li l-ġenituri tiegħu qalu: “Għandu l-età tiegħu. Staqsu lilu.”
24 U sejħu għat-tieni darba lir-raġel li kien agħma u qalulu: “Agħti glorja lil Alla;+ aħna nafu li dan ir-raġel hu midneb.”
25 Imbagħad hu wieġeb: “Jekk hux midneb jien ma nafx. Ħaġa waħda naf, li kont agħma u issa qed nara.”
26 Għalhekk, qalulu: “X’għamillek? Kif fetaħlek għajnejk?”
27 Wiġibhom: “Diġà għedtilkom u ma smajtux. Għala tridu terġgħu tisimgħu dan? Ma tridux issiru dixxipli tiegħu wkoll, hux?”
28 Għal dan, għajruh u qalulu: “Int dixxiplu tiegħu, imma aħna dixxipli taʼ Mosè.
29 Aħna nafu li Alla kellem lil Mosè;+ imma dan ir-raġel ma nafux minfejn hu.”+
30 Ir-raġel wieġeb u qalilhom: “Din tassew ħaġa taʼ l-għaġeb,+ li ma tafux minfejn hu, u madankollu lili fetaħli għajnejja.
31 Nafu li Alla ma jismax lill-midinbin,+ imma jekk xi ħadd jibżaʼ minn Alla u jagħmel ir-rieda tiegħu, lil dan jisimgħu.+
32 Mill-qedem qatt ma nstemaʼ li xi ħadd fetaħ għajnejn wieħed imwieled agħma.
33 Kieku dan ir-raġel ma kienx ġej minn Alla,+ ma kien ikun jistaʼ jagħmel xejn.”
34 Wieġbu u qalulu: “Int twilidt kollok kemm int fid-dnubiet+ u tgħallem lilna?” U tefgħuh ’il barra!+
35 Ġesù semaʼ li kienu tefgħuh ’il barra u, meta sabu, qallu: “Qiegħed int tpoġġi l-fidi f’Bin+ il-bniedem?”
36 Wieġeb ir-raġel: “U min hu, sinjur, biex inpoġġi l-fidi fih?”
37 Qallu Ġesù: “Int rajtu u, barra minn dan, hu dak li qed jitkellem miegħek.”+
38 Imbagħad hu qallu: “Jien tassew inpoġġi l-fidi fih, Mulej.” U miel+ quddiemu.
39 U Ġesù qal: “Għal dan il-ġudizzju+ ġejt f’din id-dinja: biex dawk li ma jarawx, jaraw,+ u dawk li jaraw, isiru għomja.”+
40 Dawk mill-Fariżej li kienu miegħu semgħu dan u qalulu: “M’aħniex għomja aħna wkoll,+ hux?”
41 Qalilhom Ġesù: “Kieku kontu għomja, ma kien ikollkom ebda dnub. Imma issa qed tgħidu, ‘Aħna naraw.’+ Dnubkom+ jibqaʼ.”