Ġwanni 7:53–8:59

* Il-Manuskritt Sinajtiku, il-​Manuskritt tal-​Vatikan, u l-​manuskritt Sirjaku Sinajtiku jħallu barra minn vers 53 sa vers 11 taʼ kapitlu 8, li jaqraw (b’xi differenzi fid-​diversi testi u verżjonijiet Griegi) kif ġej: 53  Għalhekk, kull wieħed telaq lejn daru. 8  Imma Ġesù mar lejn il-​Muntanja taż-​Żebbuġ.  Madankollu, x’ħin sebaħ, reġaʼ ġie fit-​tempju, u n-​nies kollha bdew ġejjin ħdejh, u qagħad bil-​qiegħda u beda jgħallimhom.  Issa l-​iskribi u l-​Fariżej ġabu mara li nqabdet tagħmel adulterju u, wara li qegħduha fin-​nofs,  qalulu: “Għalliem, din il-​mara għamlet adulterju u nqabdet fil-​fatt.  Fil-Liġi, Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Għaldaqstant, int x’tgħid?”  Naturalment, dan qaluh biex jipprovawh, sabiex ikollhom fuqiex jakkużawh. Imma Ġesù tbaxxa u b’sebgħu beda jikteb fl-​art.  Meta baqgħu jistaqsuh, hu ddritta u qalilhom: “Min minnkom hu bla dnub, ħa jitfgħalha l-​ewwel ġebla.”  U reġaʼ tbaxxa u kompla jikteb fl-​art.  Imma dawk li semgħuh bdew ħerġin ’il barra, wieħed wieħed, ibda mix-​xjuħ, u baqaʼ waħdu mal-​mara li kienet fin-​nofs. 10  Ġesù ddritta u qalilha: “Mara, fejn huma? Ħadd minnhom ma kkundannak?” 11  Qaltlu: “Ħadd, sinjur.” Qalilha Ġesù: “Lanqas jien ma nikkundannak. Mur; minn issa ’l quddiem tibqax tidneb iżjed.” 12  Imbagħad Ġesù reġaʼ kellimhom u qal: “Jien id-​dawl+ tad-​dinja. Min jimxi warajja żgur ma jimxix fid-​dlam,+ imma jkollu d-​dawl tal-​ħajja.” 13  B’hekk, il-​Fariżej qalulu: “Int tixhed dwarek innifsek; ix-​xiehda tiegħek mhix vera.” 14  Ġesù wieġeb u qalilhom: “Anki jekk nixhed dwari nnifsi, ix-​xiehda tiegħi+ hi vera, għax jien naf minfejn ġejt u fejn sejjer.+ Imma intom ma tafux minfejn ġejt u fejn sejjer. 15  Intom tiġġudikaw skond il-​laħam;+ jien ma niġġudika lil ħadd.+ 16  Madankollu, jekk niġġudika, il-​ġudizzju tiegħi hu fi qbil mal-​verità, għax m’iniex waħdi, imma l-​Missier li bagħatni hu miegħi.+ 17  Barra minn hekk, fil-​Liġi tagħkom stess hemm miktub, ‘Ix-​xiehda taʼ tnejn hi vera.’+ 18  Hemm jien li nixhed dwari nnifsi, u hemm il-​Missier li bagħatni li jixhed dwari.”+ 19  Għalhekk, komplew jgħidulu: “Fejn hu Missierek?” Wiġibhom Ġesù: “Intom la tafu lili u lanqas lil Missieri.+ Kieku kontu tafuni, kontu tkunu tafu lil Missieri wkoll.”+ 20  Dan il-​kliem qalu fit-​teżorerija+ waqt li kien qed jgħallem fit-​tempju. Imma ħadd ma medd idu fuqu,+ għax is-​siegħa tiegħu+ kienet għadha ma waslitx. 21  Għaldaqstant reġaʼ qalilhom: “Jien sejjer, u intom għad tfittxuni,+ u madankollu għad tmutu fi dnubkom.+ Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” 22  Għalhekk, il-​Lhud bdew jgħidu: “Mhux se joqtol lilu nnifsu, hux? Għax qed jgħid, ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.’”+ 23  Għalhekk, kompla jgħidilhom: “Intom mill-​oqsma taʼ taħt; jien mill-​oqsma taʼ fuq.+ Intom minn din id-​dinja;+ jien m’iniex minn din id-​dinja.+ 24  Għalhekk għedtilkom, Għad tmutu fi dnubietkom.+ Għax jekk ma temmnux li jien hu, għad tmutu fi dnubietkom.”+ 25  Imbagħad bdew jgħidulu: “Min int?” Qalilhom Ġesù: “Għala qed nitkellem magħkom wara kollox? 26  Għandi ħafna x’ngħid dwarkom u minn xiex nagħmel ġudizzju. Fil-​fatt, dak li bagħatni hu veru, u dak li smajt mingħandu qed ngħidu fid-​dinja.”+ 27  Huma ma fehmux li kien qed ikellimhom dwar il-​Missier. 28  Għalhekk, Ġesù qal: “Wara li tgħollu+ lil Bin il-​bniedem,+ imbagħad tkunu tafu li jien hu,+ u li ma nagħmel xejn minn rajja;+ imma dan ngħidu skond kif għallimni l-​Missier.+ 29  U dak li bagħatni qiegħed miegħi; hu ma telaqnix waħdi, għax dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.”+ 30  Waqt li kien qed jgħid dan, ħafna poġġew il-​fidi fih.+ 31  U Ġesù kompla jgħid lil-​Lhud li emmnuh: “Jekk tibqgħu fil-​kelma tiegħi,+ tkunu tassew dixxipli tiegħi, 32  u tkunu tafu l-​verità,+ u l-​verità teħliskom.”+ 33  Wiġbuh: “Aħna wlied Abraham+ u qatt ma konna lsiera taʼ ħadd.+ Kif qed tgħidilna, ‘Se tinħelsu’?” 34  Wiġibhom Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Kulmin jagħmel id-​dnub hu lsir tad-​dnub.+ 35  Iktar minn hekk, l-​ilsir ma jibqax fid-​dar għal dejjem; l-​iben jibqaʼ għal dejjem.+ 36  Għalhekk, jekk l-​Iben jeħliskom, tkunu ħielsa tassew.+ 37  Naf li intom ulied Abraham; imma qed tipprovaw toqtluni,+ għax kelmti mhix ikollha suċċess fostkom.+ 38  Jien ngħid+ dak li rajt maʼ Missieri;+ u intom, fil-​fatt, tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom.” 39  Wieġbu u qalulu: “Missierna hu Abraham.”+ Qalilhom Ġesù: “Jekk intom ulied Abraham,+ agħmlu l-​għemejjel t’Abraham. 40  Imma issa qed tipprovaw toqtluni lili, bniedem li għedtilkom il-​verità li smajt mingħand Alla.+ Abraham m’għamlux dan.+ 41  Intom tagħmlu l-​għemejjel taʼ missierkom.” Qalulu: “Aħna ma twilidniex miż-​żína; Missier wieħed għandna,+ lil Alla.” 42  Ġesù qalilhom: “Kieku Alla kien Missierkom, kontu tħobbuni,+ għax mingħand Alla ġejt u qiegħed hawnhekk.+ Lanqas ma ġejt minn rajja, imma kien Hu li bagħatni.+ 43  Għala ma tafux x’qed ngħid? Għax kelmti ma tistgħux tisimgħuha.+ 44  Intom minn missierkom ix-​Xitan,+ u tixtiequ tagħmlu x-​xewqat taʼ missierkom.+ Dan kien qattiel meta beda,+ u ma żammx sħiħ fil-​verità, għax il-​verità mhix fih. Meta jigdeb, jitkellem skond il-​karattru tiegħu, għax hu giddieb u missier il-​gidba.+ 45  Mill-banda l-​oħra, għax jien ngħid il-​verità, intom ma temmnunix.+ 46  Min minnkom isibni ħati taʼ xi dnub?+ Jekk ngħid il-​verità, għala ma temmnunix? 47  Min hu minn Alla jismaʼ l-​kliem t’Alla.+ Huwa għalhekk li intom ma tisimgħux, għax m’intomx minn Alla.”+ 48  Il-Lhud wieġbu u qalulu: “Mhux sewwa ngħidulek, Int Samaritan+ u għandek demonju?”+ 49  Wieġeb Ġesù: “Jien m’għandix demonju, imma nonora lil Missieri,+ u intom tiddiżonorawni. 50  Imma jien m’iniex infittex glorja għalija nnifsi;+ hemm Wieħed li qed ifittex u jiġġudika.+ 51  Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk xi ħadd josserva kelmti, qatt ma jara l-​mewt.”+ 52  Qalulu l-​Lhud: “Issa tassew nafu li għandek demonju.+ Abraham miet,+ il-​profeti wkoll;+ imma int tgħid, ‘Jekk xi ħadd josserva kelmti, qatt ma jduq+ il-​mewt.’ 53  M’intix akbar+ minn missierna Abraham li miet, hux? Anki l-​profeti mietu.+ Min taħseb li int?” 54  Wieġeb Ġesù: “Jekk nigglorifika lili nnifsi, il-​glorja tiegħi m’hi xejn. Hu Missieri li jigglorifikani,+ dak li tgħidu li hu Alla tagħkom, 55  u madankollu ma sirtux tafuh.+ Imma jien nafu.+ U kieku għedt li ma nafux kont inkun giddieb bħalkom. Imma jien tassew nafu u qed nosserva kelmtu.+ 56  Missierkom Abraham feraħ ħafna bil-​prospett li jara l-​jum tiegħi,+ u rah u feraħ.”+ 57  Imbagħad il-​Lhud qalulu: “Lanqas għad għandek ħamsin sena, u rajt lil Abraham?” 58  Qalilhom Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Qabel m’eżista Abraham, kont neżisti.”+ 59  Għalhekk, huma qabdu l-​ġebel biex jitfgħuhulu;+ imma Ġesù staħba u ħareġ mit-​tempju.

Noti taʼ taħt