Ġwanni 7:1-53

7  Issa, wara dan, Ġesù baqaʼ jdur il-​Galilija, għax ma riedx idur il-​Lhudija billi l-​Lhud kienu qed ifittxu opportunità biex joqtluh.+  Madankollu, kienet qorbot il-​festa tal-​Lhud, il-​festa taʼ l-​għerejjex.+  Għalhekk, ħutu+ qalulu: “Itlaq minn hawnhekk u mur il-​Lhudija, sabiex id-​dixxipli tiegħek ukoll jaraw l-​għemejjel li tagħmel.  Għax ħadd ma jagħmel xejn bil-​moħbi jekk ikun qed jipprova jsir magħruf pubblikament. La qed tagħmel dawn l-​affarijiet, uri ruħek lid-​dinja.”  Fil-fatt, ħutu+ ma kinux qed jeżerċitaw il-​fidi fih.+  Għalhekk, Ġesù qalilhom: “Għalija l-​waqt għadu mhux preżenti,+ imma għalikom hu dejjem il-​waqt.  Id-dinja m’għandhiex għalfejn tobgħodkom, imma lili tobgħodni, għax nixhed dwarha li l-​għemejjel tagħha huma mill-​agħar.+  Itilgħu intom għall-​festa; jien għadni m’iniex tielaʼ għal din il-​festa, għax il-​waqt tiegħi+ għadu ma wasalx għalkollox.”+  Għalhekk, wara li qalilhom dan, baqaʼ fil-​Galilija. 10  Imma wara li ħutu telgħu għall-​festa, imbagħad telaʼ hu wkoll, mhux bid-​dieher imma qisu bil-​moħbi.+ 11  Għalhekk, fil-​festa, il-​Lhud bdew ifittxuh+ u jgħidu: “Fejn hu dak ir-​raġel?” 12  U fost il-​folol sar ħafna diskors minn taħt l-​ilsien dwaru.+ Xi wħud bdew jgħidu: “Hu raġel tajjeb.” Oħrajn bdew jgħidu: “M’huwiex, imma qed iqarraq bil-​folla.” 13  Naturalment, ħadd ma kien jitkellem dwaru fil-​pubbliku, għax kienu jibżgħu mil-​Lhud.+ 14  Issa, meta l-​festa kienet waslet f’nofsha, Ġesù telaʼ fit-​tempju u beda jgħallem.+ 15  Għalhekk, il-​Lhud baqgħu mistagħġbin u qalu: “Dan ir-​raġel kif għandu dan l-​għarfien u t-​tagħlim kollu,+ meta ma studjax fl-​iskejjel?”+ 16  Imbagħad, Ġesù wieġeb u qalilhom: “Dak li ngħallem m’huwiex tiegħi, imma taʼ dak li bagħatni.+ 17  Jekk xi ħadd jixtieq jagħmel ir-​rieda Tiegħu, ikun jaf jekk it-​tagħlim huwiex minn Alla+ jew jekk iniex nitkellem minni nnifsi. 18  Min jitkellem minnu nnifsu jfittex il-​glorja tiegħu stess; imma min ifittex il-​glorja+ taʼ dak li bagħtu hu veru u fih m’hemm xejn li mhux sewwa. 19  Mhux Mosè takom il-​Liġi?+ Imma ħadd minnkom ma jobdiha l-​Liġi. Għala qed tipprovaw toqtluni?”+ 20  Wieġbet il-​folla: “Int għandek demonju.+ Min qed jipprova joqtlok?” 21  Ġesù wieġeb u qalilhom: “Għemil wieħed wettaqt,+ u lkoll qed tistagħġbu. 22  Kien għalhekk li Mosè takom iċ-​ċirkonċiżjoni+—mhux għax ġejja minn Mosè, imma mill-​missirijiet+—u raġel tagħmlulu ċ-​ċirkonċiżjoni fis-​Sabat. 23  Jekk raġel issirlu ċ-​ċirkonċiżjoni fis-​Sabat sabiex ma tinkisirx il-​liġi taʼ Mosè, għala intom irrabjati bl-​aħrax għalija għax fejjaqt għalkollox lil wieħed raġel fis-​Sabat?+ 24  Tibqgħux tiġġudikaw fuq dak li jidher minn barra, imma ġġudikaw b’ġudizzju ġust.”+ 25  Għalhekk, xi wħud mill-​abitanti taʼ Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan m’huwiex ir-​raġel li qed ifittxuh biex joqtluh?+ 26  Iżda, ara! Qed jitkellem fil-​pubbliku,+ u m’huma jgħidulu xejn. Il-​ħakkiema ma sarux jafu fiċ-​ċert li dan hu l-​Kristu, hux hekk?+ 27  Għall-kuntrarju, aħna nafu minfejn hu dan ir-​raġel;+ iżda meta jiġi l-​Kristu, ħadd m’għandu jkun jaf minfejn hu.”+ 28  Għalhekk, waqt li kien qed jgħallem fit-​tempju, Ġesù għajjat u qal: “Intom tafu kemm lili u kemm minfejn jien.+ Ukoll, jien ma ġejtx minn rajja,+ imma dak li bagħatni jeżisti tassew,+ u intom ma tafuhx.+ 29  Jien nafu,+ għax jien rappreżentant tiegħu, u Hu bagħatni.”+ 30  Għalhekk, bdew ifittxu opportunità biex jaqbduh,+ imma ħadd ma medd idu fuqu, għax is-​siegħa tiegħu+ kienet għadha ma waslitx. 31  Xorta waħda, ħafna nies mill-​folla poġġew il-​fidi fih;+ u bdew jgħidu: “Meta jasal il-​Kristu mhux se jwettaq iktar sinjali+ milli wettaq dan ir-​raġel, hux hekk?” 32  Il-Fariżej semgħu lill-​folla tgemgem dawn l-​affarijiet dwaru, u l-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej bagħtu xi uffiċjali biex jaqbduh.+ 33  Għalhekk, Ġesù qal: “Qabel ma mmur għand dak li bagħatni nibqaʼ magħkom ftit ieħor.+ 34  Imbagħad tfittxuni,+ imma ma ssibunix, u fejn inkun jien intom ma tistgħux tiġu.”+ 35  Għaldaqstant, il-​Lhud qalu bejniethom: “Dan ir-​raġel fejn bi ħsiebu jmur, biex aħna ma nsibuhx? Mhux bi ħsiebu jmur għand il-​Lhud imxerrdin+ fost il-​Griegi u jgħallem lill-​Griegi, hux? 36  Xi jfisser dan il-​kliem li qal, ‘Tfittxuni, imma ma ssibunix, u fejn inkun jien intom ma tistgħux tiġu’?” 37  Issa fl-​aħħar jum, l-​akbar jum tal-​festa,+ Ġesù kien bil-​wieqfa u għajjat u qal: “Jekk xi ħadd hu bil-​għatx,+ ħa jiġi għandi u jixrob. 38  Min ipoġġi l-​fidi fija,+ bħalma qalet l-​Iskrittura, ‘Mill-​intern tiegħu jgelglu nixxigħat taʼ ilma ħaj.’”+ 39  Madankollu, dan qalu dwar l-​ispirtu li kienu se jirċievu dawk li poġġew il-​fidi fih; għax kien għad m’hemmx spirtu,+ peress li Ġesù kien għadu ma ġiex glorifikat.+ 40  Għalhekk, xi wħud mill-​folla li semgħu dan il-​kliem bdew jgħidu: “Dan żgur il-​Profeta.”+ 41  Oħrajn kienu qed jgħidu: “Dan il-​Kristu.”+ Imma xi wħud kienu qed jgħidu: “Il-​Kristu+ mhux ġej mill-​Galilija, hux tassew?+ 42  Ma qalitx l-​Iskrittura li l-​Kristu ġej minn nisel David,+ u minn Betlehem,+ ir-​raħal fejn kien ikun David?”+ 43  U qamet firda fost il-​folla minħabba fih.+ 44  Iżda xi wħud minnhom riedu jaqbduh, imma ħadd ma medd idejh fuqu. 45  Għalhekk, l-​uffiċjali marru lura għand il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej, u dawn qalulhom: “Għala ma ġibtuhx?” 46  Wieġbu l-​uffiċjali: “Qatt ma kien hawn bniedem ieħor li tkellem bħalu.”+ 47  Imbagħad, il-​Fariżej wieġbu: “Ma ġejtux imqarrqin intom ukoll, hux? 48  Ħadd mill-​ħakkiema jew mill-​Fariżej ma poġġa l-​fidi fih, hux hekk?+ 49  Imma din il-​folla li ma tafx il-​Liġi hi misħuta.”+ 50  Nikodemu, li kien mar għandu qabel u li kien wieħed minnhom, qalilhom: 51  “Il-​liġi tagħna ma tiġġudika lil ħadd jekk ma tkunx l-​ewwel semgħetu+ u saret taf x’inhu jagħmel, hux hekk?” 52  Wieġbu u qalulu: “Jaqaw int ukoll mill-​Galilija? Fittex, u tara li ebda profeta+ mill-​Galilija m’għandu jiġi mqajjem.”* * Il-Manuskritt Sinajtiku, il-​Manuskritt tal-​Vatikan, u l-​manuskritt Sirjaku Sinajtiku jħallu barra minn vers 53 sa vers 11 taʼ kapitlu 8, li jaqraw (b’xi differenzi fid-​diversi testi u verżjonijiet Griegi) kif ġej: 53  Għalhekk, kull wieħed telaq lejn daru.

Noti taʼ taħt