Ġwanni 3:1-36

3  Issa kien hemm raġel mill-​Fariżej, jismu Nikodemu,+ li kien wieħed mill-​ħakkiema tal-​Lhud.  Dan ġie għandu bil-​lejl+ u qallu: “Rabbi+ aħna nafu li int bħala għalliem+ ġejt mingħand Alla;+ għax ħadd ma jistaʼ jwettaq dawn is-​sinjali+ li qed twettaq int jekk Alla ma jkunx miegħu.”+  Ġesù wieġeb u qallu:+ “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-​ġdid,+ ma jistax jara s-​saltna t’Alla.”+  Qallu Nikodemu: “Kif jistaʼ bniedem jitwieled meta jkun xiħ? Ma jistax jidħol f’ġuf ommu t-​tieni darba u jitwieled, hux hekk?”  Wieġbu Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-​ilma+ u mill-​ispirtu,+ ma jistax jidħol fis-​saltna t’Alla.  Dak li twieled mil-​laħam hu laħam, u dak li twieled mill-​ispirtu hu spirtu.+  Tistagħġibx għax għedtlek, Tridu titwieldu mill-​ġdid.+  Ir-riħ+ jonfoħ fejn irid, u int tismaʼ l-​ħoss tiegħu, imma ma tafx mnejn jiġi u fejn sejjer. Hekk ukoll kulmin twieled mill-​ispirtu.”+  Nikodemu wieġeb u qallu: “Kif jistaʼ jkun dan?” 10  Ġesù wieġeb u qallu: “Int għalliem taʼ Israel u ma tafux dan?+ 11  Tassew, tassew, ngħidlek, Nitkellmu dwar dak li nafu u nixhdu+ dwar dak li rajna, imma intom ma tilqgħuhiex ix-​xiehda li nagħtu.+ 12  Jekk kellimtkom dwar affarijiet taʼ l-​art u xorta ma temmnux, kif se temmnu jekk inkellimkom dwar affarijiet tas-​sema?+ 13  Iktar minn hekk, ebda bniedem ma telaʼ fis-​sema+ ħlief dak li niżel mis-​sema,+ Bin il-​bniedem.+ 14  U bħalma Mosè għolla s-​serp+ fix-​xagħri, hekk jeħtieġ jitgħolla Bin il-​bniedem,+ 15  biex kulmin jemmen fih ikollu l-​ħajja taʼ dejjem.+ 16  “Għax Alla tant ħabb+ lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu,+ biex kulmin jeżerċita l-​fidi+ fih ma jinqeridx+ imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.+ 17  Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-​dinja biex jiġġudika+ d-​dinja, imma biex id-​dinja tiġi salvata+ permezz tiegħu. 18  Min jeżerċita l-​fidi fih ma jiġix ġudikat.+ Min ma jeżerċitax il-​fidi diġà ġie ġudikat, għax m’eżerċitax il-​fidi f’isem l-​Iben uniġenitu t’Alla.+ 19  Issa fuq dan hu bbażat il-​ġudizzju, li d-​dawl+ ġie fid-​dinja+ imma l-​bnedmin ħabbew id-​dlam minflok id-​dawl,+ għax l-​għemejjel tagħhom kienu mill-​agħar. 20  Għax min jipprattika affarijiet vili+ jobgħod id-​dawl u ma jiġix għad-​dawl, sabiex l-​għemejjel tiegħu ma jinkixfux.+ 21  Imma min jagħmel dak li hu veru jiġi għad-​dawl,+ sabiex l-​għemejjel tiegħu jidhru li saru fi qbil mar-​rieda t’Alla.” 22  Wara dan, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu marru fl-​art tal-​Lhudija, u hemmhekk qattaʼ xi żmien magħhom u kien jgħammed.+ 23  Imma Ġwanni+ wkoll kien qed jgħammed f’Għajnun qrib Salim, għax kien hemm kwantità kbira taʼ ilma+ hemmhekk, u n-​nies baqgħu jiġu biex jitgħammdu;+ 24  għax Ġwanni kien għadu ma ntefax il-​ħabs.+ 25  Għalhekk, qamet kwistjoni min-​naħa tad-​dixxipli taʼ Ġwanni maʼ wieħed Lhudi dwar il-​purifikazzjoni.+ 26  U ġew għand Ġwanni u qalulu: “Rabbi, ir-​raġel li kien miegħek in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, li int xhedt dwaru,+ ara, dan qed jgħammed u kulħadd sejjer għandu.”+ 27  Ġwanni wieġeb u qal: “Wieħed ma jistaʼ jirċievi xejn jekk ma jingħatalux mis-​sema.+ 28  Intom stess tixhduli li għedt, M’iniex il-​Kristu,+ imma ntbgħatt qablu.+ 29  Dak li għandu l-​għarusa hu l-​għarus.+ Madankollu, meta l-​ħabib taʼ l-​għarus jieqaf u jisimgħu, jifraħ ħafna minħabba leħen l-​għarus. Għalhekk, dan il-​ferħ tiegħi ntgħamel sħiħ.+ 30  Jeħtieġ li dak jibqaʼ jikber, imma jien nibqaʼ niċkien.” 31  Dak li jiġi minn fuq hu fuq l-​oħrajn kollha.+ Dak li hu mill-​art hu mill-​art u jitkellem dwar affarijiet taʼ l-​art.+ Dak li jiġi mis-​sema hu fuq l-​oħrajn kollha.+ 32  Hu jixhed dwar dak li ra u semaʼ,+ imma l-​ebda bniedem ma qed jaċċetta x-​xiehda tiegħu.+ 33  Min aċċetta x-​xiehda tiegħu ttimbra b’siġill il-​fatt li Alla hu veru.+ 34  Għax dak li ntbagħat minn Alla jgħid il-​kliem t’Alla,+ għax hu ma jagħtix l-​ispirtu bil-​qjies.+ 35  Il-Missier iħobb+ lill-​Iben u tah kollox f’idejh.+ 36  Min jeżerċita l-​fidi+ fl-​Iben għandu l-​ħajja taʼ dejjem;+ min ma jobdix lill-​Iben ma jarax il-​ħajja,+ imma l-​korla t’Alla tibqaʼ fuqu.+

Noti taʼ taħt