Ġwanni 20:1-31

20  Fl-ewwel jum+ tal-​ġimgħa, Marija l-​Maddalena ġiet kmieni ħdejn il-​qabar tat-​tifkira, waqt li kien għadu d-​dlam, u rat li l-​ġebla kienet diġà tneħħiet minn quddiem il-​qabar tat-​tifkira.+  Għalhekk, marret tiġri għand Xmun Pietru u għand id-​dixxiplu l-​ieħor,+ li Ġesù kellu affezzjoni lejh, u qaltilhom: “Lill-​Mulej ħaduh mill-​qabar tat-​tifkira,+ u ma nafux fejn qegħduh.”  Imbagħad Pietru+ u d-​dixxiplu l-​ieħor ħarġu u telqu lejn il-​qabar tat-​tifkira.  Iva, telqu jiġru t-​tnejn flimkien; imma d-​dixxiplu l-​ieħor ġera iktar minn Pietru u wasal l-​ewwel wieħed ħdejn il-​qabar tat-​tifkira.  U ttawwal ġewwa u lemaħ il-​faxex maʼ l-​art,+ iżda ma daħalx.  Imbagħad warajh ġie wkoll Xmun Pietru u daħal fil-​qabar tat-​tifkira. Hemmhekk ra l-​faxex maʼ l-​art.+  Ra wkoll li ċ-​ċarruta li kienet fuq rasu ma kinitx fl-​art mal-​faxex imma mgerba f’post għaliha.  U f’dak il-​waqt id-​dixxiplu l-​ieħor, li kien wasal l-​ewwel wieħed ħdejn il-​qabar tat-​tifkira, daħal ukoll, u ra u emmen.  Għax kienu għadhom ma fehmux l-​iskrittura li jrid iqum mill-​imwiet.+ 10  Imbagħad id-​dixxipli marru lura lejn djarhom. 11  Madankollu, Marija baqgħet barra ħdejn il-​qabar tat-​tifkira, tibki. Imbagħad, waqt li kienet qed tibki, ittawlet fil-​qabar tat-​tifkira 12  u rat żewġ anġli+ lebsin l-​abjad bil-​qiegħda, wieħed in-​naħa tar-​ras u l-​ieħor in-​naħa tas-​saqajn, fejn qabel kien mimdud il-​ġisem taʼ Ġesù. 13  U qalulha: “Mara, għalfejn qed tibki?” Qaltilhom: “Ħadu lill-​Mulej tiegħi, u ma nafx fejn qegħduh.” 14  Wara li qalet dan, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, imma m’għarfitx li kien Ġesù.+ 15  Qalilha Ġesù: “Mara, għalfejn qed tibki? Lil min qed tfittex?”+ Billi immaġinat li kien il-​ġardinar, qaltlu: “Sinjur, jekk ħadtu minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u niġi nieħdu.” 16  Ġesù qalilha: “Marija!”+ Hi daret u qaltlu bl-​Ebrajk: “Rabboni!”+ (li jfisser “Għalliem!”) 17  Qalilha Ġesù: “Tibqax imqabbda miegħi. Għax għadni ma tlajtx għand il-​Missier. Imma mur għand ħuti+ u għidilhom, ‘Jien tielaʼ għand Missieri+ u Missierkom, Alla tiegħi+ u Alla tagħkom.’”+ 18  Marija l-​Maddalena marret u wasslet l-​aħbar lid-​dixxipli: “Rajt lill-​Mulej!” u qaltilhom dak li qalilha.+ 19  Imbagħad, tard dak il-​jum li kien l-​ewwel jum tal-​ġimgħa,+ waqt li d-​dixxipli kienu bil-​bibien imsakkrin minħabba l-​biżaʼ+ mil-​Lhud, Ġesù ġie+ u waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-​sliem għalikom.”+ 20  U wara li qal dan, uriehom idejh u ġenbu;+ u d-​dixxipli ferħu+ meta raw lill-​Mulej. 21  Għalhekk, Ġesù reġaʼ qalilhom: “Is-​sliem għalikom. Bħalma l-​Missier bagħat lili,+ jien ukoll qed nibgħat lilkom.”+ 22  U wara li qal dan nefaħ fuqhom u qalilhom: “Irċievu l-​ispirtu qaddis.+ 23  Jekk taħfru d-​dnubiet taʼ xi ħadd,+ jinħafrulu; jekk iżżommu d-​dnubiet taʼ xi ħadd, jibqgħu miżmumin.”+ 24  Imma Tumas,+ wieħed mit-​tnax, li kienu jgħidulu t-​Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. 25  Għaldaqstant, id-​dixxipli l-​oħra bdew jgħidulu: “Rajna lill-​Mulej!” Imma hu qalilhom: “Jekk ma narax il-​marka taʼ l-​imsiemer f’idejh u ma nqegħedx sebgħi ġol-​marka taʼ l-​imsiemer u idi ġo ġenbu,+ żgur ma nemminx.”+ 26  U wara tmint ijiem, id-​dixxipli tiegħu reġgħu kienu ġewwa, u Tumas kien magħhom. Għalkemm il-​bibien kienu msakkrin, Ġesù ġie u waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-​sliem għalikom.”+ 27  Imbagħad qal lil Tumas: “Poġġi sebgħek hawn, u ara idejja, u ġib idek+ u daħħalha f’ġenbi, u tibqax ma temminx iżda emmen.” 28  Tumas wieġeb u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”+ 29  Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni? Henjin dawk li ma jarawx u xorta jemmnu.”+ 30  Tabilħaqq, Ġesù wettaq quddiem id-​dixxipli ħafna sinjali oħra li m’humiex miktubin f’dan ir-​romblu.+ 31  Imma dawn inkitbu+ biex intom temmnu li Ġesù hu l-​Kristu, l-​Iben t’Alla u, għax temmnu,+ jistaʼ jkollkom il-​ħajja permezz taʼ ismu.

Noti taʼ taħt