Ġwanni 16:1-33

16  “Għedtilkom dan biex ma titfixklux.+  Għad ikeċċukom mis-​sinagoga.+ Fil-​fatt, ġejja s-​siegħa meta kulmin joqtolkom jimmaġina li qed jagħti servizz sagru lil Alla.+  Imma jagħmlu dan għax la saru jafu lill-​Missier u lanqas lili.+  Madankollu, għedtilkom dan sabiex, meta tasal is-​siegħa tiegħu, tiftakru li għedthulkom.+ “Iżda, dan m’għedthulkomx mill-​ewwel, għax kont magħkom.  Imma issa sejjer għand dak li bagħatni,+ u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’  Imma għax għedtilkom dan, qlubkom imtlew bin-​niket.+  Madankollu, qed ngħidilkom il-​verità, Hu għall-​ġid tagħkom li se nitlaq. Għax jekk ma nitlaqx, l-​ajjutant+ żgur ma jiġix għandkom; iżda jekk immur, nibagħthulkom.  U meta jasal, jagħti prova konvinċenti lid-​dinja dwar id-​dnub, dwar is-​sewwa, u dwar il-​ġudizzju:+  l-ewwelnett, dwar id-​dnub,+ għax m’humiex qed jeżerċitaw il-​fidi fija;+ 10  imbagħad dwar is-​sewwa,+ għax jien sejjer għand il-​Missier u ma tarawnix iktar; 11  imbagħad dwar il-​ġudizzju,+ għax il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja ġie ġudikat.+ 12  “Għad għandi ħafna x’ngħidilkom, imma fil-​preżent ma tifilħux għalih.+ 13  Madankollu, meta jasal, l-​ispirtu tal-​verità,+ jiggwidakom lejn il-​verità kollha, għax ma jitkellimx minn jeddu, imma jgħid dak li jismaʼ, u jxandrilkom dak li ġej.+ 14  Hu jigglorifikani,+ għax ixandrilkom dak li jirċievi mingħandi.+ 15  Kulma għandu l-​Missier hu tiegħi.+ Għalhekk għedt li jxandrilkom dak li jirċievi mingħandi. 16  Ftit ieħor u ma tarawnix iktar;+ jerġaʼ ftit ieħor u tarawni.” 17  Imbagħad, xi wħud mid-​dixxipli tiegħu bdew jgħidu lil xulxin: “Xi jfisser dan li qed jgħidilna, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix iktar; jerġaʼ ftit ieħor u tarawni,’ u, ‘għax jien sejjer għand il-​Missier’?” 18  Għaldaqstant, kienu qed jgħidu: “Xi jfisser dan li qed jgħid, ‘ftit ieħor’? Ma nafux fuqiex qed jitkellem.” 19  Ġesù kien jaf+ li riedu jistaqsuh, u għalhekk qalilhom: “Qed tistaqsu lil xulxin fuq dan, għax għedt, Ftit ieħor u ma tarawnix iktar; jerġaʼ ftit ieħor u tarawni? 20  Tassew, tassew, ngħidilkom, Intom tibku u tolfqu, imma d-​dinja tifraħ; intom titnikktu,+ imma n-​niket tagħkom jinbidel f’ferħ.+ 21  Meta tkun qed tiled, mara jkollha n-​niket, għax tkun waslet is-​siegħa tagħha;+ imma meta tkun wildet it-​tarbija, ma tiftakarx iktar it-​tribulazzjoni minħabba l-​ferħ li jkun twieled bniedem fid-​dinja. 22  Bl-istess mod, intom ukoll qed ikollkom in-​niket issa; imma jien nerġaʼ narakom u qlubkom jithennew,+ u l-​ferħ tagħkom ħadd ma jiħodhulkom. 23  U dakinhar+ ma tistaqsuni xejn. Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk titolbu xi ħaġa+ lill-​Missier f’ismi, jagħtihielkom.+ 24  S’issa għadkom ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-​ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.+ 25  “Dan għedthulkom bil-​paraguni.+ Ġejja s-​siegħa meta ma nitkellimx iktar magħkom bil-​paraguni, imma nkellimkom b’mod ċar dwar il-​Missier. 26  Dakinhar titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li nitlob lill-​Missier għalikom. 27  Għax il-​Missier innifsu jurikom affezzjoni, għax lili wrejtuni affezzjoni+ u emmintu li ħriġt bħala r-​rappreżentant tal-​Missier.+ 28  Ħriġt mingħand il-​Missier u ġejt fid-​dinja. Issa se nħalli d-​dinja u sejjer għand il-​Missier.”+ 29  Qalu d-​dixxipli tiegħu: “Ara! Issa qed titkellem b’mod ċar, u m’int iġġib ebda paragun. 30  Issa nafu li int taf kollox+ u m’għandekx bżonn min jistaqsik.+ B’dan nemmnu li int ħriġt mingħand Alla.”+ 31  Wiġibhom Ġesù: “Qed temmnu bħalissa? 32  Ara! Ġejja s-​siegħa, u tabilħaqq ġiet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru+ u tħalluni waħdi; u madankollu m’iniex waħdi, għax il-​Missier qiegħed miegħi.+ 33  Għedtilkom dan sabiex permezz tiegħi jkollkom il-​paċi.+ Fid-​dinja qed ikollkom it-​tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien irbaħt lid-​dinja.”+

Noti taʼ taħt