Ġwanni 15:1-27

15  “Jien id-​dielja vera,+ u Missieri l-​bidwi.+  Kull fergħa fija li ma tagħtix frott ineħħiha,+ u kull waħda li tagħti l-​frott inaddafha,*+ biex tagħti iktar frott.+  Intom diġà nodfa minħabba l-​kelma li għedtilkom.+  Ibqgħu f’unjoni miegħi, u jien nibqaʼ f’unjoni magħkom.+ Bħalma l-​fergħa ma tistax tagħti frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-​dielja, bl-​istess mod lanqas intom ma tagħtu frott jekk ma tibqgħux f’unjoni miegħi.+  Jien id-​dielja u intom il-​friegħi. Min jibqaʼ f’unjoni miegħi, u jien f’unjoni miegħu, jagħti ħafna frott;+ għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.  Jekk xi ħadd ma jibqax f’unjoni miegħi, jintrema bħal fergħa u jinxef; u n-​nies jiġbru dawk il-​friegħi u jitfgħuhom fin-​nar biex jinħarqu.+  Jekk tibqgħu f’unjoni miegħi u kliemi jibqaʼ fikom, itolbu kulma tixtiequ u jsirilkom.+  Missieri hu glorifikat b’dan, li tibqgħu tagħtu ħafna frott u turu li intom dixxipli tiegħi.+  Bħalma l-​Missier ħabb lili+ u jien ħabbejt lilkom, ibqgħu fi mħabbti. 10  Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi,+ tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier+ u nibqaʼ fi mħabbtu. 11  “Dan għedthulkom, biex il-​ferħ tiegħi jkun fikom u l-​ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.+ 12  Dan hu l-​kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.+ 13  Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd jagħti ruħu għal ħbiebu.+ 14  Intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li qed nordnalkom.+ 15  Ma nsejħilkomx iktar ilsiera, għax ilsir ma jafx x’jagħmel sidu. Imma sejjaħtilkom ħbieb,+ għax kulma smajt mingħand Missieri għarrafthulkom.+ 16  M’għażiltunix intom, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru u tibqgħu tagħtu l-​frott+ u l-​frott tagħkom jibqaʼ; sabiex kulma titolbu lill-​Missier f’ismi jagħtihulkom.+ 17  “Dan nordnalkom, li tħobbu lil xulxin.+ 18  Jekk id-​dinja tobgħodkom, tafu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.+ 19  Kieku kontu parti mid-​dinja, id-​dinja kienet tkun ferħana b’dak li hu tagħha.+ Issa għax m’intomx parti mid-​dinja,+ imma għażiltkom mid-​dinja, minħabba f’hekk tobgħodkom id-​dinja.+ 20  Żommu f’moħħkom il-​kliem li għedtilkom, Ilsir mhux akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, jippersegwitaw lilkom ukoll;+ jekk osservaw kelmti, josservaw tagħkom ukoll. 21  Imma jagħmlu dan kollu kontrikom minħabba ismi, għax ma jafux lil dak li bagħatni.+ 22  Kieku ma ġejtx u kellimthom, ma kien ikollhom ebda dnub;+ imma issa m’għandhom ebda skuża għal dnubhom.+ 23  Min jobgħod lili jobgħod ukoll lil Missieri.+ 24  Kieku m’għamiltx fosthom l-​għemejjel li ħadd qatt m’għamel,+ ma kien ikollhom ebda dnub;+ imma issa raw u bagħdu kemm lili kif ukoll lil Missieri.+ 25  Imma dan ġara biex jitwettaq dak li hemm miktub fil-​Liġi tagħhom, ‘Bagħduni għalxejn.’+ 26  Meta jasal l-​ajjutant li nibagħtilkom mingħand il-​Missier,+ l-​ispirtu tal-​verità, li joħroġ mingħand il-​Missier, hu jixhed dwari;+ 27  u intom, ukoll, tridu tixhdu,+ għax kontu miegħi minn meta bdejt.

Noti taʼ taħt

Jew, “jiżborha.”