Ġwanni 12:1-50

12  Sitt ijiem qabel il-​Qbiż, Ġesù wasal f’Betanja,+ fejn kien joqgħod Lazzru+ li Ġesù kien qajjem mill-​imwiet.  Għalhekk, għamlulu ikla taʼ fil-​għaxija hemmhekk, u Marta+ kienet qed isservihom,+ u Lazzru kien wieħed minn dawk li kienu mal-​mejda miegħu.+  Imbagħad Marija ħadet libbra* żejt ifuħ, nard pur,+ jiswa ħafna flus, u dilket saqajn Ġesù u xxottathomlu b’xagħarha.+ Id-​dar imtliet bir-​riħa taż-​żejt ifuħ.  Imma Ġuda l-​Iskarjota,+ wieħed mid-​dixxipli tiegħu, li dalwaqt kien se jittradih, qal:  “Dan iż-​żejt ifuħ+ għala ma nbiegħx għal tliet mitt dinar* u ngħata lill-​foqra?”+  Iżda qal dan mhux għax kien jimpurtah mill-​foqra, imma għax kien ħalliel+ u, billi kellu l-​kaxxa tal-​flus,+ kien jieħu l-​flus li kienu jintefgħu fiha.  Għalhekk, Ġesù qal: “Ħalluha ħa żżomm din id-​drawwa minħabba l-​jum tad-​difna tiegħi.+  Għax il-​foqra dejjem magħkom,+ imma jien mhux dejjem se nkun magħkom.”  Imbagħad folla kbira mil-​Lhud saru jafu li kien hemmhekk u ma ġewx biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-​imwiet.+ 10  Il-qassisin ewlenin issa ftiehmu bejniethom biex joqtlu lil Lazzru wkoll,+ 11  għax minħabba fih ħafna mil-​Lhud kienu qed imorru hemmhekk u jpoġġu l-​fidi f’Ġesù.+ 12  L-għada, malli semgħu li Ġesù kien ġej Ġerusalemm, il-​folla kbira taʼ nies li kienu ġew għall-​festa 13  ħadu l-​friegħi tas-​siġar tal-​palm+ u ħarġu biex jilqgħuh. U bdew jgħajtu:+ “Salva, nitolbuk!+ Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova,+ iva, is-​sultan+ taʼ Israel!” 14  Issa meta Ġesù sab ħmar żgħir,+ qagħad bil-​qiegħda fuqu, bħalma hu miktub: 15  “Tibżax, bint Sijon. Ara! Is-​sultan tiegħek ġej,+ bil-​qiegħda fuq felu taʼ ħmara.”+ 16  Għall-ewwel id-​dixxipli tiegħu ma tawx kasu dan,+ imma meta Ġesù ġie glorifikat,+ imbagħad ftakru li dan kien inkiteb dwaru u li hekk kienu għamlulu.+ 17  Għaldaqstant, il-​folla li kienet miegħu meta sejjaħ lil Lazzru+ mill-​qabar tat-​tifkira u qajmu mill-​imwiet baqgħet tagħti xiehda.+ 18  Minħabba dan, iltaqgħet miegħu wkoll il-​folla għax semgħet li kien wettaq dan is-​sinjal.+ 19  Għalhekk, il-​Fariżej+ qalu bejniethom: “Qed taraw kif m’intom se taslu mkien! Ara, id-​dinja kollha marret warajh!”+ 20  Issa kien hemm xi Griegi+ fost dawk li telgħu jqimu fil-​festa. 21  Għalhekk, dawn resqu lejn Filippu,+ li kien minn Betsajda tal-​Galilija, u bdew jitolbuh u jgħidulu: “Sinjur, irridu naraw lil Ġesù.”+ 22  Filippu mar u qal lil Indrì. Indrì u Filippu marru u qalu lil Ġesù. 23  Imbagħad Ġesù wieġeb u qalilhom: “Waslet is-​siegħa biex Bin il-​bniedem jiġi glorifikat.+ 24  Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk qamħa ma taqax fl-​art u tmut, tibqaʼ waħedha; imma jekk tmut,+ tagħti ħafna frott. 25  Min jgħożż lil ruħu jeqridha, imma min jobgħod lil ruħu+ f’din id-​dinja jħarisha għall-​ħajja taʼ dejjem.+ 26  Jekk xi ħadd irid jaqdini, ħa jiġi warajja, u fejn inkun jien hemm ukoll ikun il-​qaddej tiegħi.+ Jekk xi ħadd irid jaqdini, il-​Missier jonorah.+ 27  Issa ruħi mnikkta,+ u x’naqbad ngħid? Missier, salvani minn din is-​siegħa.+ Madankollu, għalhekk wasalt għal din is-​siegħa. 28  Missier, igglorifika lil ismek.” Imbagħad, ġie leħen+ mis-​sema: “Jien igglorifikajtu u nerġaʼ nigglorifikah.”+ 29  Issa n-​nies li kienu hemmhekk u semgħu dan bdew jgħidu li kien riegħed. Oħrajn bdew jgħidu: “Kellmu xi anġlu.” 30  Ġesù wieġeb u qal: “Dan il-​leħen ma nstemax minħabba fija, imma minħabba fikom.+ 31  Issa din id-​dinja qed tiġi ġudikata; issa l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja+ se jitkeċċa ’l barra.+ 32  U meta nitgħolla+ ’l fuq mill-​art, niġbed lejja lil kull xorta taʼ bnedmin.”+ 33  Tabilħaqq, dan kien qed jgħidu biex juri liema xorta taʼ mewt kien se jmut dalwaqt.+ 34  Għalhekk, il-​folla wiġbitu: “Mil-​Liġi smajna li l-​Kristu jibqaʼ għal dejjem;+ kif qed tgħid li Bin il-​bniedem irid jitgħolla ’l fuq?+ Min hu dan Bin il-​bniedem?”+ 35  Imbagħad Ġesù qalilhom: “Id-​dawl se jkun fostkom ftit ieħor. Imxu waqt li għandkom id-​dawl, biex id-​dlam+ ma jegħlibkomx; u min jimxi fid-​dlam ma jafx fejn hu sejjer.+ 36  Waqt li għandkom id-​dawl, eżerċitaw il-​fidi fid-​dawl sabiex issiru wlied id-​dawl.”+ Ġesù qal dan u telaq jinħeba minnhom. 37  Imma għalkemm kien wettaq ħafna sinjali quddiemhom, ma kinux qed ipoġġu l-​fidi fih, 38  sabiex b’hekk twettqet il-​kelma tal-​profeta Isaija li qal: “Ġeħova, min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat id-​driegħ taʼ Ġeħova?”+ 39  Ir-raġuni għala ma setgħux jemmnu hi li Isaija qal ukoll: 40  “Hu għamielhom għajnejhom u webbsilhom qlubhom,+ biex ma jarawx b’għajnejhom u jifhmu bi qlubhom u jduru lura u jien infejjaqhom.”+ 41  Isaija qal dan għax ra l-​glorja tiegħu+ u tkellem dwaru. 42  Xorta waħda, ħafna mill-​ħakkiema wkoll poġġew il-​fidi fih,+ imma minħabba l-​Fariżej ma kinux jistqarruh, sabiex ma jitkeċċewx mis-​sinagoga;+ 43  għax kienu jħobbu l-​glorja tal-​bnedmin saħansitra iktar mill-​glorja t’Alla.+ 44  Ġesù għajjat u qal: “Min ipoġġi l-​fidi fija ma jpoġġix il-​fidi fija biss, imma wkoll f’dak li bagħatni;+ 45  u min jara lili jara wkoll lil dak li bagħatni.+ 46  Jien ġejt bħala dawl fid-​dinja,+ sabiex kulmin ipoġġi l-​fidi fija ma jibqax fid-​dlam.+ 47  Imma jekk xi ħadd jismaʼ kliemi u ma jħarsux, jien ma niġġudikahx; għax ma ġejtx biex niġġudika lid-​dinja,+ imma biex insalva lid-​dinja.+ 48  Min ma jagħtix kasi u ma jilqax kliemi hemm wieħed li jiġġudikah. Tkun il-​kelma+ li għedt jien li tiġġudikah fl-​aħħar jum; 49  għax ma tkellimtx minn jeddi, imma l-​Missier li bagħatni, hu stess ordnali x’għandi ngħid u x’għandi nitkellem.+ 50  Ukoll, jien naf li l-​kmand tiegħu jfisser ħajja taʼ dejjem.+ Għalhekk, dak li nitkellem nitkellmu skond kif qalhuli l-​Missier.”+

Noti taʼ taħt

Madwar 327 gramma.
Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.