Ġwanni 11:1-57

11  Issa kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, mir-​raħal taʼ Marija u oħtha Marta.+  Fil-fatt, Marija kienet l-​istess waħda li dilket lill-​Mulej b’żejt ifuħ+ u xxottatlu saqajh b’xagħarha,+ u l-​marid kien ħuha Lazzru.  Għalhekk, ħutu n-​nisa bagħtu jgħidulu: “Mulej, ara! Il-​ħabib għażiż tiegħek+ marid.”  Imma, meta Ġesù semaʼ dan, qal: “Din mhix marda li twassal għall-​mewt, imma hi għall-​glorja t’Alla,+ sabiex permezz tagħha l-​Iben t’Alla jiġi glorifikat.”  Issa Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru.  Madankollu, meta semaʼ li kien marid, baqaʼ jumejn oħra fil-​post fejn kien.  Imbagħad wara dan qal lid-​dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-​Lhudija.”  Qalulu d-​dixxipli: “Rabbi,+ il-​Lhud għadhom kif kienu qed jipprovaw iħaġġruk,+ u se terġaʼ tmur hemmhekk?”  Wieġeb Ġesù: “Il-​jum fih tnax-il siegħa dawl, hux hekk? Jekk xi ħadd jimxi fid-​dawl tal-​jum+ ma jaħbat maʼ xejn, għax jara d-​dawl taʼ din id-​dinja. 10  Imma jekk xi ħadd jimxi bil-​lejl,+ jaħbat maʼ xi ħaġa, għax id-​dawl mhux fih.” 11  Wara li qal dan, qalilhom: “Il-​ħabib tagħna Lazzru mar jistrieħ, imma jien se mmur inqajmu mill-​irqad.”+ 12  Għalhekk, id-​dixxipli qalulu: “Mulej, jekk mar jistrieħ, jgħaddilu.” 13  Issa Ġesù kien tkellem dwar il-​mewt tiegħu. Imma huma immaġinaw li kien qed jitkellem dwar il-​mistrieħ fl-​irqad. 14  Għalhekk, dak il-​ħin Ġesù qalilhom bla tlaqliq: “Lazzru miet,+ 15  u nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemmhekk, sabiex b’hekk temmnu. Imma ejjew immorru ħdejh.” 16  Għalhekk, Tumas, li kienu jgħidulu t-​Tewmi, qal lid-​dixxipli sħabu: “Ejjew immorru aħna wkoll, biex immutu miegħu.”+ 17  Għaldaqstant, meta wasal, Ġesù sab li diġà kien ilu erbat ijiem fil-​qabar tat-​tifkira.+ 18  Issa Betanja kienet ħdejn Ġerusalemm, xi tliet kilometri* ’l bogħod. 19  U ħafna mil-​Lhud kienu ġew għand Marta u Marija sabiex ifarrġuhom+ minħabba ħuhom. 20  Meta semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tiltaqaʼ miegħu; imma Marija+ baqgħet bil-​qiegħda d-​dar. 21  U Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawnhekk ħija ma kienx imut.+ 22  Imma xorta naf li anki issa kulma titlob lil Alla,+ Alla jagħtihulek.” 23  Qalilha Ġesù: “Ħuk iqum.”+ 24  Qaltlu Marta: “Naf li jqum fl-​irxoxt+ fl-​aħħar jum.” 25  Qalilha Ġesù: “Jien l-​irxoxt u l-​ħajja.+ Min jeżerċita l-​fidi fija, avolja jmut, se jieħu l-​ħajja;+ 26  u kulmin qed jgħix u jeżerċita l-​fidi fija ma jmut qatt.+ Temmnu dan?” 27  Qaltlu: “Iva, Mulej; jien nemmen li int il-​Kristu, l-​Iben t’Alla, Dak li ġie fid-​dinja.”+ 28  U meta qalet dan, telqet issejjaħ lil oħtha Marija, u qaltilha bil-​moħbi: “L-​Għalliem+ qiegħed preżenti hawnhekk u qed isejjaħlek.” 29  Meta semgħet dan, din qamet tiġri u marret ħdejh. 30  Ġesù kien għadu ma daħalx fir-​raħal, imma kien għadu fil-​post fejn iltaqgħet miegħu Marta. 31  Għalhekk, il-​Lhud li kienu d-​dar+ maʼ Marija u li kienu qed ifarrġuha, malli rawha tqum tiġri u toħroġ barra, marru warajha għax ħasbu li kienet sejra ħdejn il-​qabar tat-​tifkira+ biex tibki hemmhekk. 32  U x’ħin Marija waslet fejn kien Ġesù u lemħitu, inxteħtet f’riġlejh u qaltlu: “Mulej, kieku kont hawnhekk ħija ma kienx imut.”+ 33  Meta rahom jibku, lilha u lil-​Lhud li ġew magħha, Ġesù karab fl-​ispirtu tiegħu u tnikket;+ 34  u qal: “Fejn qegħedtuh?” Qalulu: “Mulej, ejja u ara.” 35  Ġesù qabiżlu d-​dmugħ.+ 36  Għalhekk, il-​Lhud bdew jgħidu: “Ara, x’affezzjoni kellu lejh!”+ 37  Imma xi wħud minnhom qalu: “Ma kellux il-​ħila dan ir-​raġel li fetaħ għajnejn+ l-​agħma ma jħallix lil dan imut?” 38  Għaldaqstant, wara li reġaʼ tniehed fih innifsu, Ġesù ġie ħdejn il-​qabar tat-​tifkira.+ Fil-​fatt, dan kien għar, u kien magħluq b’ġebla.+ 39  Ġesù qal: “Neħħu l-​ġebla.”+ Marta, oħt il-​mejjet, qaltlu: “Mulej, s’issa żgur niten għax ilu erbat ijiem.” 40  Qalilha Ġesù: “M’għedtlekx li jekk temmen tara l-​glorja t’Alla?”+ 41  Għalhekk, neħħew il-​ġebla. Issa Ġesù refaʼ għajnejh lejn is-​sema+ u qal: “Missier, nirringrazzjak li smajtni.+ 42  Veru, kont naf li dejjem tismagħni; imma għedt dan minħabba l-​folla+ li qiegħda madwari, sabiex jemmnu li int bgħattni.”+ 43  U wara li qal dan, għajjat b’leħen qawwi: “Lazzru, oħroġ!”+ 44  Dak li qabel kien mejjet ħareġ b’saqajh u b’idejh infaxxati,+ u wiċċu kien mgħotti b’ċarruta. Qalilhom Ġesù: “Ħolluh u ħalluh imur.” 45  Imbagħad, ħafna mil-​Lhud, li kienu ġew għand Marija u li raw x’kien għamel, poġġew il-​fidi fih;+ 46  imma xi wħud minnhom marru għand il-​Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù.+ 47  Għaldaqstant, il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej laqqgħu s-​Sinedriju+ u bdew jgħidu: “X’se nagħmlu, għax dan ir-​raġel qed iwettaq ħafna sinjali?+ 48  Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd ipoġġi l-​fidi fih,+ u jiġu r-​Rumani+ u jiħdulna postna+ u ġensna.” 49  Imma Kajfa, wieħed minnhom, li dik is-​sena kien il-​qassis il-​kbir,+ qalilhom: “Intom ma tafu xejn, 50  u m’intomx tirraġunaw li hu għall-​ġid tagħkom li raġel wieħed imut+ għan-​nom tan-​nies u ma jinqeridx il-​ġens kollu kemm hu.”+ 51  Iżda dan ma qalux minnu nnifsu; imma billi dik is-​sena kien il-​qassis il-​kbir, ipprofetizza li Ġesù kellu jmut għall-​ġens, 52  u mhux għall-​ġens biss, imma sabiex jiġbor ukoll f’unità+ lil ulied Alla li huma mxerrdin.+ 53  Għalhekk, minn dakinhar ’l hemm ftiehmu bejniethom biex joqtluh.+ 54  B’hekk, Ġesù ma baqax idur bid-​dieher+ fost il-​Lhud,+ imma telaq minn hemmhekk lejn reġjun ħdejn ix-​xagħri, f’belt jisimha Efrajm,+ u baqaʼ hemmhekk mad-​dixxipli. 55  Issa kien qorob il-​Qbiż+ tal-​Lhud, u ħafna nies telgħu mill-​kampanja lejn Ġerusalemm sabiex jitnaddfu b’mod ċerimonjali+ qabel il-​Qbiż. 56  Għalhekk, bdew ifittxu lil Ġesù u, waqt li kienu fit-​tempju, bdew jgħidu lil xulxin: “X’taħsbu? Mhux ġej għall-​festa?” 57  Issa l-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej kienu taw ordnijiet li jekk xi ħadd isir jaf fejn kien, għandu jgħarrafhom b’dan sabiex jaħtfuh taħt idejhom.

Noti taʼ taħt

Jew, “żewġ mili [Rumani].” Ara Mt 5:41, in-​nota taʼ taħt.