Ġwanni 10:1-42
10 “Tassew, tassew, ngħidilkom, Min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb+ imma jitlaʼ minn xi mkien ieħor, dan ikun ħalliel u ħattâf.+
2 Imma min jidħol mill-bieb+ hu r-ragħaj+ tan-nagħaġ.+
3 Min ikun mal-bieb+ jiftaħlu lil dan, u n-nagħaġ+ jisimgħu leħnu, u hu jsejjaħ lin-nagħaġ tiegħu b’isimhom u joħroġhom barra.
4 Meta jkun ħareġ in-nagħaġ tiegħu kollha barra, imur quddiemhom, u dawn imorru warajh+ għax jagħrfu leħnu.+
5 Wara barrani żgur ma jmorrux imma jaħarbu+ minnu, għax leħen il-barranin ma jagħrfuhx.”+
6 Ġesù ġabilhom dan il-paragun; imma ma kinux jafu x’kien ifisser dak li kien qed jgħidilhom.+
7 Għalhekk, Ġesù reġaʼ qal: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Jien il-bieb+ tan-nagħaġ.
8 Dawk kollha li ġew minfloki huma ħallelin u ħattafin;+ imma n-nagħaġ ma semgħuhomx.+
9 Jien il-bieb;+ kulmin jidħol minni jkun salvat, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa.+
10 Il-ħalliel+ jiġi biss biex jisraq, joqtol, u jeqred.+ Jien ġejt biex ikollhom il-ħajja, ħajja bl-abbundanza.
11 Jien ir-ragħaj mill-aħjar;+ ir-ragħaj mill-aħjar jagħti ruħu għan-nagħaġ.+
12 Il-lavrant,+ li mhux ragħaj u li n-nagħaġ m’humiex tiegħu, jara l-lupu ġej u jabbanduna n-nagħaġ u jaħrab—u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom+—
13 għax hu lavrant+ u ma jimpurtahx min-nagħaġ.+
14 Jien ir-ragħaj mill-aħjar, u naf lin-nagħaġ tiegħi+ u n-nagħaġ tiegħi jafu lili,+
15 bħalma l-Missier jaf lili u jien naf lill-Missier;+ u nagħti ruħi għan-nagħaġ.+
16 “U għandi nagħaġ oħrajn,+ li m’humiex minn dan il-maqjel;+ lil dawn ukoll irrid inġibhom, u jisimgħu leħni,+ u jsiru merħla waħda, ragħaj wieħed.+
17 Għalhekk iħobbni l-Missier,+ għax nagħti ruħi,+ sabiex nerġaʼ nirċiviha.
18 Ħadd ma ħadhieli, imma nagħtiha minn rajja. Għandi l-awtorità li nagħtiha, u għandi l-awtorità li nerġaʼ nirċiviha.+ Il-kmand+ dwar dan tahuli Missieri.”
19 Reġaʼ kien hemm firda+ fost il-Lhud minħabba dan il-kliem.
20 Ħafna minnhom bdew jgħidu: “Għandu demonju+ u hu miġnun. Għala tisimgħuh?”
21 Oħrajn bdew jgħidu: “Dan mhux il-kliem taʼ raġel maħkum minn demonju. Demonju ma jistax jiftaħ għajnejn l-għomja, hux hekk?”
22 Dak iż-żmien saret il-festa tad-dedikazzjoni* f’Ġerusalemm. Kienet ix-xitwa,
23 u Ġesù kien miexi fit-tempju fil-loġġa taʼ Salamun.+
24 Għalhekk, il-Lhud daru miegħu u bdew jgħidulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk int il-Kristu,+ għidilna ċar u tond.”+
25 Wiġibhom Ġesù: “Għedtilkom, u madankollu ma temmnux. L-għemejjel li qed nagħmel f’isem Missieri, dawn jixhdu dwari.+
26 Imma intom ma temmnux, għax ħadd minnkom m’hu min-nagħaġ tiegħi.+
27 In-nagħaġ tiegħi+ jisimgħu leħni, u jien nafhom, u huma jiġu warajja.+
28 U nagħtihom il-ħajja taʼ dejjem,+ u żgur li qatt ma jinqerdu,+ u ħadd ma jaħtafhomli minn idi.+
29 Dak li tani Missieri+ hu xi ħaġa akbar minn kull ħaġa oħra,+ u ħadd ma jistaʼ jaħtafhom minn id il-Missier.+
30 Jien u l-Missier ħaġa waħda.”+
31 Għal darb’oħra l-Lhud qabdu l-ġebel biex iħaġġruh.+
32 Wiġibhom Ġesù: “Urejtkom ħafna għemejjel tajbin mingħand il-Missier. Għal liema minn dawn l-għemejjel tridu tħaġġruni?”
33 Wiġbuh il-Lhud: “Ma rridux inħaġġruk għal xi għemil tajjeb, imma għad-dagħa,+ u għax int, għalkemm bniedem, tagħmel lilek innifsek alla.”+
34 Wiġibhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom+ m’huwiex miktub, ‘Jien għedt: “Intom allat”’?+
35 Jekk sejjaħ ‘allat’+ lil dawk li l-kelma t’Alla kienet kontrihom, u l-Iskrittura ma tistax tiġi annullata,+
36 lili, li tqaddist mill-Missier u ntbgħatt fid-dinja, tgħiduli ‘Qed tidgħi,’ għax għedt, Jien l-Iben t’Alla?+
37 Jekk m’iniex nagħmel l-għemejjel+ taʼ Missieri, temmnunix.
38 Imma jekk qed nagħmilhom, avolja ma temmnux lili, emmnu l-għemejjel,+ sabiex issiru tafu u tkomplu tkunu tafu li l-Missier hu f’unjoni miegħi u jien f’unjoni mal-Missier.”+
39 Għalhekk, reġgħu pprovaw jaħtfuh;+ imma ħarbilhom minn taħt idejhom.+
40 Għal darb’oħra telaq in-naħa l-oħra tal-Ġordan, lejn il-post fejn Ġwanni kien beda jgħammed,+ u qagħad hemmhekk.
41 U ħafna nies ġew ħdejh, u bdew jgħidu: “Tabilħaqq, Ġwanni ma wettaq ebda sinjal, imma kulma qal Ġwanni dwar dan ir-raġel kollu kien veru.”+
42 U ħafna poġġew il-fidi fih hemmhekk.+
Noti taʼ taħt
^ L-osservenza tal- festa (ħannuka, bl- Ebrajk) tikkommemora l- ksib mill- ġdid taʼ l- indipendenza Lhudija mid- dominanza Siro-Griega kif ukoll id- dedikazzjoni mill- ġdid tat- tempju f’Ġerusalemm lil Ġeħova.