Ġwanni 1:1-51

1  Fil-bidu+ kien il-​Kelma,*+ u l-​Kelma kien m’Alla,+ u l-​Kelma kien alla.+  Dan kien fil-​bidu+ m’Alla.+  Kollox beda jeżisti permezz tiegħu,+ u mingħajru xejn ma beda jeżisti. Bdiet teżisti  permezz tiegħu l-​ħajja,+ u l-​ħajja kienet id-​dawl+ tal-​bnedmin.  U d-​dawl qed jiddi fid-​dlam,+ imma d-​dlam m’għelbux.  Kien hemm raġel li ntbagħat bħala rappreżentant t’Alla:+ kien jismu Ġwanni.+  Dan ġie biex jagħti xiehda,+ sabiex jixhed dwar id-​dawl,+ biex kull xorta taʼ nies jemmnu permezz tiegħu.+  Hu ma kienx dak id-​dawl,+ imma ġie biex jixhed+ dwar dak id-​dawl.  Id-dawl+ veru li jdawwal+ lil kull xorta taʼ bnedmin+ kien wasal biex jiġi fid-​dinja. 10  Kien fid-​dinja,+ u d-​dinja bdiet teżisti permezz tiegħu,+ imma d-​dinja ma kinitx tafu. 11  Ġie f’daru stess, imma niesu ma laqgħuhx.+ 12  Madankollu, lil dawk kollha li laqgħuh+ tahom l-​awtorità li jsiru wlied Alla,+ għax kienu qed jeżerċitaw il-​fidi f’ismu;+ 13  u ma twildux mid-​demm jew mir-​rieda tal-​laħam jew mir-​rieda tal-​bniedem, imma minn Alla.+ 14  U l-​Kelma sar bniedem+ u għammar fostna, u aħna rajna l-​glorja tiegħu, glorja bħal dik taʼ iben uniġenitu+ mingħand missieru; u kien mimli qalb tajba mhix mistħoqqa u verità.+ 15  (Ġwanni xehed dwaru, iva—kien hu li qal dan—fil-​fatt għajjat: “Dak li ġej warajja avanza quddiemi, għax eżista qabli.”)+ 16  Għax mill-​milja+ tiegħu aħna lkoll intwerejna qalb tajba mhix mistħoqqa bla tarf.*+ 17  Għax il-​Liġi ngħatat permezz taʼ Mosè;+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ u l-​verità+ seħħew permezz taʼ Ġesù Kristu. 18  Ebda bniedem ma ra lil Alla f’xi żmien;+ kien l-​alla+ uniġenitu li qiegħed fi ħdan+ il-​Missier li spjegah.+ 19  Issa din hi x-​xiehda taʼ Ġwanni meta l-​Lhud bagħtulu xi qassisin u Leviti minn Ġerusalemm biex jistaqsuh: “Min int?”+ 20  Hu stqarr u ma ċaħadx, imma stqarr: “M’iniex il-​Kristu.”*+ 21  U staqsewh: “Min int, mela? Elija?”+ U qal: “M’iniex.” “Int il-​Profeta?”+ U wieġeb: “Le!” 22  Għalhekk, staqsewh: “Min int, biex inwieġbu lil dawk li bagħtuna? X’tgħid dwarek innifsek?”+ 23  Qalilhom: “Jien leħen taʼ xi ħadd li qed jgħajjat fix-​xagħri, ‘Iddrittaw it-​triq taʼ Ġeħova,’ bħalma qal il-​profeta Isaija.”+ 24  Issa dawk li ntbagħtu kienu mill-​Fariżej. 25  Għalhekk, staqsewh u qalulu: “Allura int għala tgħammed+ jekk m’intix il-​Kristu jew Elija jew il-​Profeta?” 26  Ġwanni wieġeb u qalilhom: “Jien ngħammed fl-​ilma. F’nofskom+ hemm wieħed li ma tafuhx,+ 27  dak li ġej warajja, imma li jien ma jistħoqqlix inħoll il-​qfieli tas-​sandli tiegħu.”+ 28  Dan seħħ f’Betanja,* in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, fejn kien qed jgħammed Ġwanni.+ 29  L-għada lemaħ lil Ġesù ġej lejh u qal: “Ara, il-​Ħaruf+ t’Alla li jneħħi d-​dnub+ tad-​dinja!+ 30  Dan hu li dwaru għedt, Warajja jiġi raġel li avanza quddiemi, għax eżista qabli.+ 31  Lanqas jien ma kont nafu, imma għalhekk ġejt ngħammed fl-​ilma, sabiex hu jintwera lil Israel.”+ 32  Ġwanni xehed ukoll u qal: “Jien rajt l-​ispirtu nieżel bħal ħamiema mis-​sema u jibqaʼ fuqu.+ 33  Lanqas jien ma kont nafu, imma Dak li bagħatni+ ngħammed fl-​ilma qalli, ‘Fuq min tara l-​ispirtu nieżel u jibqaʼ, dan hu li jgħammed bl-​ispirtu qaddis.’+ 34  U jien rajtu dan, u xhedt li dan hu l-​Iben t’Alla.”+ 35  L-għada, Ġwanni reġaʼ kien wieqaf maʼ tnejn mid-​dixxipli tiegħu 36  u, x’ħin ra lil Ġesù għaddej, qal: “Ara, il-​Ħaruf+ t’Alla!” 37  U ż-​żewġ dixxipli semgħuh jitkellem u marru wara Ġesù. 38  Imbagħad Ġesù dar u, billi rahom mexjin warajh, qalilhom: “X’qed tfittxu?” Qalulu: “Rabbi, (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Għalliem) fejn qed toqgħod?” 39  Qalilhom: “Ejjew, u taraw.”+ Għaldaqstant, marru u raw fejn kien qed joqgħod, u dakinhar baqgħu miegħu; kienet madwar l-​għaxar siegħa.* 40  Indrì,+ ħu Xmun Pietru, kien wieħed mit-​tnejn li semgħu dak li qal Ġwanni u marru wara Ġesù. 41  L-ewwel dan sab lil ħuh Xmun u qallu: “Sibna ’l-Messija”+ (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Kristu).+ 42  U ħadu għand Ġesù. Meta Ġesù ħares+ lejh qallu: “Int Xmun+ bin Ġwanni;+ int tissejjaħ Kefa” (isem li bil-​Grieg hu tradott Pietru).*+ 43  L-għada Ġesù xtaq jitlaq lejn il-​Galilija. Sab lil Filippu+ u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.”+ 44  Issa Filippu kien minn Betsajda,+ mill-​belt taʼ Indrì u Pietru. 45  Filippu sab lil Natanjel+ u qallu: “Sibna lil dak li Mosè, fil-​Liġi,+ u l-​Profeti+ kitbu dwaru—Ġesù, bin Ġużeppi,+ minn Nazaret.” 46  Imma Natanjel qallu: “Tistaʼ xi ħaġa tajba toħroġ minn Nazaret?”+ Filippu qallu: “Ejja u ara.” 47  Ġesù ra lil Natanjel ġej lejh u qal dwaru: “Ara, Israeli fil-​veru sens tal-​kelma, li fih m’hemm ebda qerq.”+ 48  Qallu Natanjel: “Kif tafni?” Ġesù wieġeb u qallu: “Rajtek qabel ma sejjaħlek Filippu, waqt li int kont taħt is-​siġra tat-​tin.” 49  Wieġbu Natanjel: “Rabbi, int l-​Iben t’Alla,+ int is-​Sultan+ taʼ Israel.” 50  Ġesù wieġeb u qallu: “Għax għedtlek li rajtek taħt is-​siġra tat-​tin qed temmen? Għad tara affarijiet akbar minn dawn.” 51  Qallu wkoll: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Għad taraw is-​sema miftuħ u l-​anġli+ t’Alla telgħin u neżlin lejn Bin il-​Bniedem.”+

Noti taʼ taħt

Bil-Grieg, “il-​Kelma” (ħo logos) għandha ġens maskil. Għalkemm fil-​grammatika Maltija “l-​Kelma” għandha ġens femminil, hawnhekk qed tintuża fil-​maskil għax qed tirreferi għal Ġesù.
Letteralment, “qalb tajba mhix mistħoqqa fuq qalb tajba mhix mistħoqqa.”
Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.
Mhux Betanja taʼ ħdejn Ġerusalemm.
Madwar l-​4 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
“Kefa” jew “Pietru” jfisser “ġebla.”