Ġona 4:1-11

4  Iżda dan xejn m’għoġbu lil Ġona,+ tant li għadab għall-​aħħar.  Għaldaqstant talab lil Ġeħova u qal: “O Ġeħova, mhux għalhekk inkwetajt jien meta kont f’arti? Kien għalhekk li għall-​ewwel ħrabt lejn Tarsis;+ għax kont naf li int Alla grazzjuż u ħanin,+ bil-​mod biex tirrabja u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba,+ u li jiddispjaċik mill-​gwaj.+  U issa, O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħudli ruħi,+ għax aħjar immut milli ngħix.”+  Iżda Ġeħova qallu: “Għandek għalfejn tagħdab daqshekk?”+  Imbagħad Ġona ħareġ mill-​belt u qagħad bil-​qiegħda lejn il-​lvant tal-​belt; u hemmhekk għamel għarix għalih biex ipoġġi taħtu għad-​dell+ sakemm jara x’kien se jiġri mill-​belt.+  Għaldaqstant, Alla Ġeħova għamel li titlaʼ siġra tal-​qargħa bomblija għal fuq Ġona, ħalli tagħmillu d-​dell fuq rasu u teħilsu mill-​istat miżerabbli tiegħu.+ U Ġona feraħ ferm bis-​siġra.  Imma meta beda jżernaq l-​għada, l-​Alla l-​veru bagħat dudu+ biex jolqot lis-​siġra; u din nixfet.+  U ġara li, malli x-​xemx bdiet tiddi, Alla bagħat ukoll riħ jaħraq mil-​lvant,+ u x-​xemx baqgħet tisreġ fuq ras Ġona, tant li beda jħossu ħażin;+ u baqaʼ jitlob li ruħu tmut, u kemm-il darba qal: “Aħjar immut milli ngħix.”+  U Alla qal lil Ġona: “Għandek għalfejn tagħdab daqshekk minħabba s-​siġra?”+ Għal dan, hu qal: “Għandi għalfejn nagħdab daqshekk, tant li rrid immut.” 10  Imma Ġeħova qallu: “Int, min-​naħa tiegħek, iddispjaċiek għas-​siġra, li ma kontx int li tħabatt għaliha jew kabbartha u li nibtet u għabet f’lejl wieħed. 11  Allura jien, min-​naħa tiegħi, m’għandux jiddispjaċini għal Ninwe l-​belt il-​kbira,+ li fiha hemm iktar minn mija u għoxrin elf bniedem li lanqas biss jafu d-​differenza bejn idhom il-​leminija u x-​xellugija, minbarra li hemm ħafna annimali domestiċi?”+

Noti taʼ taħt