Ġona 3:1-10

3  Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġona għat-​tieni darba, tgħid:+  “Qum, mur Ninwe l-​belt il-​kbira, u xandrilha+ dan li qed ngħidlek.”  Għalhekk, Ġona qam u mar Ninwe fi qbil mal-​kelma taʼ Ġeħova.+ Issa Ninwe kienet belt kbira anki f’għajnejn Alla,+ b’distanza taʼ tlett ijiem mixi min-​naħa għall-​oħra.  U Ġona daħal fil-​belt u meta kien mexa distanza taʼ jum qabad ixandar u jgħid: “Erbgħin jum ieħor biss, u Ninwe taqaʼ.”+  U n-​nies taʼ Ninwe bdew ipoġġu l-​fidi f’Alla,+ u ddikjaraw sawma u libsu l-​ilbies taʼ l-​ixkora,+ mill-​akbar sa l-​iżgħar wieħed minnhom.  Meta l-​kelma waslet għand is-​sultan taʼ Ninwe,+ dan qam minn fuq it-​tron tiegħu u neħħa l-​libsa uffiċjali tiegħu minn fuqu u tgħatta bl-​ilbies taʼ l-​ixkora u poġġa fuq l-​irmied.+  Iktar minn hekk, ħareġ proklama, u ordna li tixxandar f’Ninwe, skond id-​digriet tas-​sultan u tal-​kbarat tiegħu, li tgħid: “Ebda bniedem u ebda annimal domestiku, ebda merħla baqar u ebda merħla nagħaġ m’għandha dduq xi ħaġa. Ħadd minnhom m’għandu jiekol. Lanqas għandhom jixorbu ilma.+  U ħa jitgħattew bl-​ixkora, il-​bniedem u l-​annimal domestiku; u ħa jsejħu lil Alla b’saħħa u jerġgħu lura,+ kull wieħed minn triqtu l-​ħażina u mill-​vjolenza taʼ idejhom.  Min jaf jekk l-​Alla l-​veru jaġixxix differenti u jiddispjaċih+ u jreġġaʼ lura r-​rabja taħraq tiegħu, u b’hekk ma ngħibux?”+ 10  U l-​Alla l-​veru ra l-​għemejjel tagħhom,+ li kienu daru lura minn triqithom il-​ħażina;+ u b’hekk l-​Alla l-​veru ddispjaċieh+ mill-​gwaj li kien qal li se jġib fuqhom; u ma ġabux.+

Noti taʼ taħt