Ġona 2:1-10

2  Imbagħad Ġona talab lil Ġeħova Alla tiegħu mill-​ġewwieni tal-​ħuta+  u qal:“Fin-​niket tiegħi sejjaħt lil Ġeħova,+ u hu wiġibni.+Minn żaqq il-​Qabar* għajjatt għall-​għajnuna.+Int smajt leħni.+   Meta tfajtni fl-​abbissi, fil-​qalba taʼ baħar miftuħ,+Imbagħad dawruni l-​kurrenti.Il-​ħalel u l-​imwieġ kollha tiegħek—minn fuqi għaddew.+   U min-​naħa tiegħi għedt, ‘Jien tkeċċejt minn quddiem għajnejk!+Kif qatt nistaʼ nerġaʼ nħares lejn it-​tempju qaddis tiegħek?’+   L-ilmijiet tant dawruni li ruħi kważi għerqet;+ l-​ilmijiet fondi bdew jingħalqu fuqi.Il-​ħaxix tkebbeb maʼ rasi.   F’qiegħ il-​muntanji nżilt.L-​istaneg taʼ l-​art ngħalqu fuqi għal żmien indefinit.*Imma int tellajtli ħajti mill-​ħofra, O Ġeħova Alla tiegħi.+   Meta ruħi nfniet fija,+ kien f’Ġeħova li jien ftakart.+Imbagħad it-​talba tiegħi ġiet għandek, fit-​tempju qaddis tiegħek.+   Dawk li jagħtu kas l-​idoli foloz jitilqu s-​sors tagħhom taʼ qalb tajba bl-​imħabba.+   Imma ngħid għalija, b’leħen taʼ radd il-​ħajr se noffrilek sagrifiċċji.+Dak li wegħedt, se rroddu.+ Is-​salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.”+ 10  Wara xi żmien, Ġeħova kkmanda lill-​ħuta, u din qalgħet lil Ġona għal fuq l-​art niexfa.+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.