Ġona 1:1-17

1  U l-​kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għand Ġona+ bin Amittaj, tgħid:  “Qum, mur Ninwe+ l-​belt il-​kbira, u xandar kontriha li l-​ħażen tagħhom telaʼ sa quddiemi.”+  U Ġona qam u ħarab minn quddiem Ġeħova+ lejn Tarsis;+ u niżel lejn Ġaffa+ u sab bastiment sejjer Tarsis. Għalhekk, ħallas il-​passaġġ u telaʼ fuqu, sabiex imur man-​nies taʼ fuq il-​bastiment lejn Tarsis u jaħrab minn quddiem Ġeħova.  U Ġeħova tefaʼ riħ qawwi fuq il-​baħar,+ u qamet tempesta kbira+ fuq il-​baħar; u l-​bastiment kien għoddu tfarrak.  U l-​baħħara bdew jibżgħu u bdew isejħu għall-​għajnuna, kull wieħed lill-​alla tiegħu.+ U bdew iwaddbu l-​baħar l-​affarijiet li kienu fuq il-​bastiment, sabiex iħaffuh.+ Imma Ġona kien niżel u daħal ġewwanett taħt il-​gverta tal-​bastiment, u hemmhekk imtedd u raqad fil-​fond.+  Sa fl-​aħħar il-​kaptan tal-​bastiment mar ħdejh u qallu: “Int kif irqadt? Qum, sejjaħ lill-​alla tiegħek!+ Forsi l-​Alla l-​veru juri li jimpurtah minna, u ma ngħibux.”+  Imbagħad bdew jgħidu lil xulxin: “Ejjew ħa nitfgħu x-​xorti,+ sabiex insiru nafu minħabba min għandna dan il-​gwaj.”+ U baqgħu jitfgħu x-​xorti, u fl-​aħħarnett ix-​xorti waqgħet fuq Ġona.+  Għalhekk, huma qalulu: “Għidilna, jekk jogħġbok, minħabba min għandna dan il-​gwaj?+ X’inhu xogħlok, u minfejn ġej? Liema hu pajjiżek, u minn liema poplu int?”  Għal dan, qalilhom: “Jien Ebrew,+ u nibżaʼ+ minn Ġeħova l-​Alla tas-​smewwiet,+ li għamel il-​baħar u l-​art niexfa.”+ 10  U l-​irġiel bdew jibżgħu ħafna, u qalulu: “X’għamilt?”+ Għax l-​irġiel saru jafu, billi kien qalilhom hu, li kien qed jaħrab minn quddiem Ġeħova. 11  Imbagħad qalulu: “X’għandna nagħmlulek,+ sabiex il-​baħar jikkalmalna?” Għax iktar ma jmur, il-​baħar kien qed jitqawwa. 12  Għaldaqstant qalilhom: “Erfgħuni u waddbuni l-​baħar, u l-​baħar jikkalmalkom; għax naf li minħabba fija ġiet fuqkom din it-​tempesta kbira.”+ 13  Imma l-​irġiel ipprovaw jgħaddu mit-​tempesta, sabiex jieħdu l-​bastiment lura lejn l-​art niexfa; imma ma rnexxilhomx, għax il-​baħar baqaʼ jitqawwa kontrihom.+ 14  U bdew isejħu lil Ġeħova u jgħidu:+ “O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa ma ngħibux minħabba dan ir-​raġel! U tqigħedx fuqna demm innoċenti,+ ladarba int innifsek, O Ġeħova, għamilt dak li għoġbok tagħmel!”+ 15  Imbagħad refgħu lil Ġona u xeħtuh il-​baħar; u l-​baħar beda jbatti mill-​furja tiegħu.+ 16  Għalhekk, l-​irġiel bdew jibżgħu ħafna minn Ġeħova,+ u offrew sagrifiċċju lil Ġeħova+ u għamlu xi wegħdi.+ 17  Issa Ġeħova bagħat ħuta kbira biex tiblaʼ lil Ġona,+ u Ġona baqaʼ fil-​ġewwieni tal-​ħuta tlett ijiem u tliet iljieli.+

Noti taʼ taħt