Ġoel 1:1-20

1  Din hi l-​kelma taʼ Ġeħova li ġiet+ lil Ġoel, bin Petwel:  “Isimgħu dan, intom ix-​xjuħ, u agħtu widen, intom ilkoll abitanti taʼ l-​art.+ Seħħ dan fi żmienkom, jew saħansitra fi żmien missirijietkom?+  Irrakkontaw dwaru lil uliedkom, u wliedkom lil uliedhom, u wliedhom lill-​ġenerazzjoni taʼ warajhom.+  Dak li tħalla mix-​xagħat, kielu l-​ġurat;+ u dak li tħalla mill-​ġurat, kielu l-​ġurat li jitkaxkar; u dak li tħalla mill-​ġurat li jitkaxkar, kilitu l-​wirdiena.+  “Stenbħu, intom is-​sakranazzi,+ u ibku; u newħu,+ intom ilkoll li tixorbu l-​inbid, minħabba l-​inbid ħelu,+ għax inqataʼ minn fommkom.+  Għax ġens telaʼ f’arti, setgħan u bla għadd.+ Snienu huma s-​snien taʼ ljun,+ u għandu x-​xedaq taʼ ljun.  Id-dielja tiegħi għamilha ħerba,+ u s-​siġra tat-​tin tiegħi ġabha zokk.+ Żgur li neżżagħha u rmieha.+ Iż-​żraġen tagħha bjadu.  Olfoq, bħalma tagħmel verġni mħażżma bl-​ilbies taʼ l-​ixkora+ minħabba l-​għarus taʼ żgħożitha.  “L-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb+ inqatgħu mid-​dar taʼ Ġeħova; il-​qassisin, il-​ministri+ taʼ Ġeħova, tnikktu.+ 10  Ir-rabaʼ tħarbat,+ l-​art saret tal-​biki;+ għax il-​qmuħ tħarbtu, l-​inbid ġdid nixef,+ iż-​żejt ġie fix-​xejn.+ 11  Il-bdiewa stħaw;+ dawk li jieħdu ħsieb id-​dwieli newħu, minħabba l-​qamħ u minħabba x-​xgħir; għax il-​ħsad tar-​rabaʼ għab.+ 12  Id-dielja nixfet, u saħansitra s-​siġra tat-​tin ġiet fix-​xejn. Is-​siġra tar-​rummien, kif ukoll is-​siġra tal-​palm u s-​siġra tat-​tuffieħ, is-​siġar kollha tar-​rabaʼ, nixfu;+ għax il-​ferħ għab minn fost ulied il-​bnedmin.+ 13  “Tħażżmu, intom il-​qassisin, u agħtu fuq sidirkom.+ Newħu, intom il-​ministri taʼ l-​artal.+ Idħlu, qattgħu l-​lejl bl-​ilbies taʼ l-​ixkora, intom il-​ministri t’Alla tiegħi; għax l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb tneħħew minn dar Alla tagħkom.+ 14  Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni.+ Iġimgħu x-​xjuħ flimkien, l-​abitanti kollha taʼ l-​art, lejn id-​dar taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u għajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna.+ 15  “O x’jum dan;+ għaliex fil-​qrib jum Ġeħova,+ u jiġi bħal qerda minn Dak li Jistaʼ Kollox! 16  Mhux quddiem għajnejna stess inqataʼ l-​ikel; minn dar Alla tagħna, l-​hena u l-​ferħ?+ 17  It-tin niexef tħassar taħt il-​pali tagħhom. L-​imħażen sfaw abbandunati. Il-​matmuriet iġġarrfu, għax il-​qmuħ nixfu. 18  O kemm qed jokrob l-​annimal domestiku! Kif qed jiġġerrew mifxula l-​imrieħel tal-​baqar! Għax m’hemm ebda mergħa għalihom.+ Ukoll, l-​imrieħel tan-​nagħaġ kellhom iġorru l-​ħtija. 19  “Lilek, O Ġeħova, insejjaħ jien;+ għax in-​nar belaʼ l-​mergħat tax-​xagħri, u fjamma ħarqet is-​siġar kollha tar-​rabaʼ.+ 20  Il-bhejjem tar-​rabaʼ wkoll jibqgħu jixxennqu għalik,+ għaliex il-​kanali taʼ l-​ilma nixfu,+ u n-​nar belaʼ l-​mergħat tax-​xagħri.”

Noti taʼ taħt