Ġob 9:1-35

9  U Ġob wieġeb u qal:   “Jien naf fiċ-​ċert li hekk hu.Imma kif jistaʼ bniedem mortali jieħu r-​raġun f’xi kawża kontra Alla?+   Jekk l-​għaxqa tiegħu hi li jħaqqaqha miegħu,+Ma jistax iwieġbu waħda minn elf.   Hu għaref f’qalbu u b’saħħtu fil-​qawwa.+Min jistaʼ jwebbes rasu miegħu u ma jweġġax?+   Hu qed iċaqlaq il-​muntanji minn posthom,+ u n-​nies lanqas biss ikunu jafu bihom,Hu li jaqlibhom fir-​rabja tiegħu.+   Hu jġiegħel l-​art titheżżeż minn postha,U b’hekk l-​istess pilastri tagħha+ jitriegħdu.   Jgħid lix-​xemx li m’għandhiex tiddi,U jissiġilla d-​dawl tal-​kwiekeb,+   Jifrex is-​smewwiet waħdu+U jirfes fuq il-​mewġ għoli tal-​baħar;+   Jagħmel il-​kostellazzjoni As,* il-​kostellazzjoni Kesil,*U l-​kostellazzjoni Kima*+ u l-​kmamar taʼ ġewwa tan-​Nofsinhar;* 10  Jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jifhimhom,+U affarijiet taʼ l-​għaġeb bla għadd.+ 11  Ara! Jgħaddi minn ħdejja u ma narahx,U jibqaʼ sejjer u ma nagħrfux.+ 12  Ara! Hu jaħtaf. Min jistaʼ għalih?Min se jgħidlu, ‘X’int tagħmel?’+ 13  Alla nnifsu mhux se jreġġaʼ lura r-​rabja tiegħu;+Taħtu jogħtru bil-​biżaʼ dawk li jgħinu lil min hu vjolenti.+ 14  Kemm iktar jekk inwieġbu jien stess!Nagħżel kliemi miegħu,+ 15  Lil dak li lilu mhux se nwieġeb, avolja jien tassew ikolli raġun.+Lill-​avversarju tiegħi fil-​kawża jien nitolbu ħniena.+ 16  Jekk insejjaħlu, iwiġibni?+Ma nemminx li jagħti widen għal leħni; 17  Hu li b’maltempata jisħaqniU jkattar il-​feriti tiegħi għalxejn b’xejn.+ 18  Ma jħallinix nieħu nifs,+Għax jibqaʼ jxebbagħni b’affarijiet taʼ mrar. 19  Jekk hemm xi ħadd b’saħħtu fil-​qawwa, huwa hu;+U jekk hemm xi ħadd b’saħħtu fil-​ħaqq, jalla jsejjaħli! 20  Kieku kelli raġun, fommi stess kien jgħid li jien ħati;Kieku kont bla ħtija, kien jiddikjara li jien korrott. 21  Kieku kont bla ħtija, ma kontx inkun naf lili nnifsi;Kont niċħad lil ħajti. 22  Ħaġa waħda hemm. Huwa għalhekk li ngħid,‘Wieħed bla ħtija, u wieħed ħati, hu qed itemmhom.’+ 23  Jekk dilluvju jikkaġuna l-​mewt minnufih,Hu jiżżuffjetta bid-​disprament taʼ l-​innoċenti. 24  L-art f’idejn il-​wieħed mill-​agħar ngħatat;+Wiċċ l-​imħallfin tagħha Hu jgħatti.Jekk mhux Hu, allura, min hu? 25  Jiemi saru eħfef minn ġerrej;+Ħarbu, bla ma jgawdu affarijiet tajbin. 26  Għaddew bħal dgħajjes tal-​qasab,Bħal ajkla li tinżel sparata biex issib x’tiekol.+ 27  Jekk ngħid, ‘Ħa ninsa l-​għali tiegħi,+Ħa nbiddel wiċċi+ u nidher ferrieħi,’ 28  Nibżaʼ mill-​uġigħ kollu tiegħi;+Naf li int ma tqisnix innoċenti. 29  Jien innifsi se ninstab ħati.Għalfejn nitħabat għalxejn?+ 30  Jekk ninħasel bl-​ilma tal-​borra,U nnaddaf idejja bis-​sapun,+ 31  Imbagħad int f’ħofra tgħaddasni,U ħwejġi jitqażżuni. 32  Għax hu mhux bniedem+ bħali biex inwieġbu,Biex immorru flimkien għall-​ħaqq. 33  M’hemm ħadd li jiddeċiedi bejnietna,+Li jqiegħed idu fuqna t-​tnejn. 34  Ħa jneħħi l-​ħatar tiegħu minn fuqi,+U ħa ma jwerwirnix it-​twerwir tiegħu. 35  Ħa nitkellem u ma nibżax minnu,Għax ma nibżax nitkellem miegħu.

Noti taʼ taħt

“Il-​kostellazzjoni As.” Bl-​Ebrajk, As. Xi wħud jaħsbu li din hi l-​kostellazzjoni l-​Ors il-​Kbir.
“Il-​kostellazzjoni Kesil.” Bl-​Ebrajk, Kesil. Xi wħud jaħsbu li din hi l-​kostellazzjoni Orjun.
“Il-​kostellazzjoni Kima.” Bl-​Ebrajk, weKima. Xi wħud jaħsbu li dawn huma l-​kwiekeb Pleadi fil-​kostellazzjoni Tawru.
“Il-​kmamar taʼ ġewwa tan-​Nofsinhar” jaħsbu li huma l-​kostellazzjonijiet ’l isfel mill-​ekwatur, fl-​emisferu tan-​nofsinhar.