Ġob 6:1-30

6  U Ġob wieġeb u qal:   “O li kieku d-​diqa tiegħi+ tintiżen għalkollox,U li fl-​istess ħin l-​għawġ tiegħi jpoġġuh fuq il-​miżien!   Għax issa hu itqal saħansitra mir-​ramel taʼ l-​ibħra.Huwa għalhekk li kliemi kien diskors bla ħsieb.+   Għax il-​vleġeġ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox huma fija,+U l-​ispirtu tiegħi qed jixrob il-​velenu tagħhom;+It-​twerwir mingħand Alla jinġemaʼ kontrija.+   Se tgħajjat żebra+ meta jkollha l-​ħaxix quddiemha,Jew jgħajjat barri meta l-​għalf ikun quddiemu?   Tistaʼ xi ħaġa bla togħma tittiekel bla melħ,Jew hemm xi togħma fil-​meraq tal-​pjanta tal-​ħobbejż?   Ruħi ma trid tmiss xejn minn dawn.Huma bħal ikel li jagħmilli d-​deni.   O li kieku tinstemaʼ t-​talba tiegħiU li Alla jwettaq it-​tama tiegħi!   Li kien Alla jaqbad u jgħaffiġni,Li jitlaq idu u jeqridni!+ 10  Xorta waħda dan ikun il-​faraġ tiegħi;U naqbeż bil-​ferħ+ fl-​uġigħ kbir tiegħi,Għalkemm hu ma jkollu ebda mogħdrija, għax jien ma ħbejtx dak li jgħid+ il-​Qaddis.+ 11  X’inhi l-​qawwa tiegħi, biex nibqaʼ nistenna?+X’inhu t-​tmiem tiegħi, biex nibqaʼ ntawwal ħajti?* 12  Jaqaw il-​qawwa tiegħi l-​qawwa tal-​ġebel?Jew laħmi huwa tar-​ram aħmar? 13  M’hemmx abbiltà fija li ngħin ruħi,U ma nistax jien naħdem b’mod effettiv? 14  Kulmin ma jurix qalb tajba bl-​imħabba maʼ sieħbu,+Iwarrab saħansitra l-​biżaʼ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.+ 15  Ħuti stess aġixxew bi tradiment,+ bħal wied fix-​xitwa,Bħal kanal tal-​widien fix-​xitwa li mbagħad jgħibu. 16  Dawn huma mdardrin minħabba s-​silġ,Fihom tinħeba l-​borra. 17  Meta jasal iż-​żmien jiżvojtaw mill-​ilma,+ ma jkunx hemm ħosshom;Meta tibda s-​sħana jinxfu minn posthom.+ 18  Il-passaġġi taʼ triqithom jiġu mdawrin;Jitilgħu fid-​deżert u jgħibu. 19  Il-karavani taʼ Tema+ fittxewhom,Il-​ġemgħa li tivvjaġġa tas-​Sabegħanin+ stenniethom. 20  Dawn jistħu għax kienu fdaw;Jaslu fil-​post u jiddiżappuntaw ruħhom.+ 21  Għax issa intom ma swejtu għal xejn;+Taraw it-​twerwir, u tibżgħu.+ 22  Jaqaw għedtilkom, ‘Agħtuni xi ħaġa,Jew minn ġidkom agħtu rigal għan-​nom tiegħi; 23  Jew eħilsuni minn id xi avversarju,+Jew ifduni minn id it-​tiranni’?+ 24  Għallmuni, u jien, min-​naħa tiegħi, nibqaʼ sieket;+U intom ġegħluni nifhem xi żball għamilt.+ 25  Il-kliem rett—kemm m’huwiex taʼ wġigħ!+Imma t-​twiddib min-​naħa tagħkom xi twiddib hu?+ 26  Huwa biex iċċanfru kliemi li qed tippjanaw,Meta kliem wieħed iddisprat+ hu sempliċement bħar-​riħ?+ 27  Kemm iktar taslu li titfgħu x-​xorti saħansitra fuq l-​iltim,+U tinnegozjaw lil seħibkom!+ 28  U issa ejjew, agħtuni l-​attenzjoni tagħkom,U araw jekk hux se nigdeb+ f’wiċċkom stess. 29  Erġgħu aħsbuha, jekk jogħġobkom—ħa ma ssir ebda inġustizzja—Iva, erġgħu aħsbuha—il-​ġustizzja tiegħi għadha hemm.+ 30  Jaqaw hemm xi inġustizzja fi lsieni,Jew m’għandix ħila nagħraf l-​għawġ tiegħi?

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħi.”