Ġob 5:1-27

5  “Sejjaħ, jekk jogħġbok! Hemm xi ħadd li qed iwieġbek?U lejn liema wieħed mill-​anġli qaddisin* se ddur?   Għax id-​diqa toqtol lill-​iblah,U l-​għira twassal għall-​mewt lil dak li faċli jiġi mħajjar.   Jien stess rajt l-​iblah irabbi l-​għeruq,+Imma f’daqqa waħda bdejt nisħet il-​post fejn jgħammar.   Uliedu jibqgħu ’l bogħod mis-​salvazzjoni,+U jitgħaffġu f’bieb il-​belt għax m’għandhomx min jeħlishom.   Il-ħsad tiegħu jieklu l-​imġewwaħ;U jieħdu saħansitra mill-​ganċijiet tal-​biċċier,*U nassa tiblgħalhom il-​mezz t’għajxien tagħhom.   Għax mhux mit-​trab toħroġ il-​ħsara,U mhux mill-​art jinbet l-​inkwiet.   Għax il-​bniedem jitwieled għall-​inkwiet,Bħalma x-​xrar jittajjar ’il fuq.   Madankollu, kieku jien indur lejn Alla,U f’idejn Alla nerħi l-​kawża tiegħi,+   Dak li jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jifhimhom,Għeġubijiet li ma jingħaddux;+ 10  Dak li jibgħat ix-​xita fuq wiċċ l-​art+U jibgħat l-​ilmijiet fuq il-​kampanja;+ 11  Dak li jqiegħed fl-​għoli lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa,+U b’hekk dawk taʼ qalbhom sewda jitgħollew f’post taʼ salvazzjoni; 12  Dak li jfixkel il-​pjanijiet tal-​makakki,+U b’hekk idejhom ma jagħmlu xejn li jirnexxi; 13  Dak li jaqbad lill-​għorrief fil-​makakkerija tagħhom stess,+U b’hekk il-​parir tal-​makakki jispiċċa f’konfużjoni;+ 14  Huma jiltaqgħu mad-​dlam saħansitra bi nhar,U jteftfu ’l hemm u ’l hawn f’nofsinhar bħallikieku bil-​lejl;+ 15  U Dak li jsalva lil individwu mis-​sejf li joħroġ minn fommhom,U lill-​fqir minn id il-​wieħed b’saħħtu,+ 16  U b’hekk għall-​batut ikun hemm tama,+Imma l-​inġustizzja tagħlaq ħalqha.+ 17  Ara! Hieni l-​bniedem li jiġi mwiddeb minn Alla;+U tirrifjutax id-​dixxiplina taʼ Dak li Jistaʼ Kollox! 18  Għax hu nnifsu jikkaġuna l-​uġigħ, imma jinfaxxa l-​ferita;Hu jfarrak, imma idejh stess ifejqu. 19  Sitt darbiet jeħilsek mill-​inkwiet,+U għal sebaʼ darbiet ma jmissek xejn li jistaʼ jagħmillek il-​ħsara.+ 20  Fi żmien il-​ġuħ jifdik mill-​mewt,+U fi żmien il-​gwerra mill-​qawwa tas-​sejf. 21  Tinħeba mill-​ilsien li jsawwat bħal frosta,+U ma tibżax mit-​tħarbit meta jiġi. 22  It-tħarbit u l-​ġuħ int tiddieħaq bihom,U mill-​bhima salvaġġa taʼ l-​art m’għandekx għalfejn tibżaʼ. 23  Għax mal-​ġebel tar-​rabaʼ jkun il-​patt tiegħek,U l-​bhima salvaġġa tar-​rabaʼ tgħix fis-​sliem miegħek.+ 24  U tkun taf li hemm is-​sliem fit-​tinda tiegħek,U tmur u tara l-​mergħa tiegħek, u xejn ma jkun nieqes. 25  U tkun taf li nislek hu kotran+U d-​dixxendenti tiegħek joktru bħall-​ħaxix taʼ l-​art.+ 26  Tmur f’qabrek meta tkun għadek mimli ħeġġa,+Bħal meta l-​qatet jinġemgħu fi żmienhom. 27  Ara! Dan tkixxifnieh u hu minnu.Isimgħu, u int—tgħallmu sew.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “mill-​uħud qaddisin.”
Jew, “saħansitra minn qalb ix-​xewk.”