Ġob 42:1-17

42  U Ġob wieġeb lil Ġeħova u qallu:   “Sirt naf li int għandek il-​ħila tagħmel kollox,+U m’hemm ebda idea li ma tistax twettaqha.+   Int għedt, ‘Min hu dan li qed joskura l-​pariri mingħajr għarfien?’+Għalhekk, jien tkellimt, imma ma kontx qed nifhemAffarijiet taʼ l-​għaġeb wisq għalija, li ma nafhomx.+   Int għedt, ‘Ismaʼ, jekk jogħġbok, u jien nitkellem.Jien nistaqsik, u int għarrafni.’+   B’widnejja smajt dwarek,Imma issa narak b’għajnejja.   Huwa għalhekk li nirtira dak li għedt,U nindem+ fit-​trab u l-​irmied.”  U ġara li, wara li Ġeħova kien qal dan il-​kliem lil Ġob, Ġeħova qal lil Elifaż it-​Temani: “Ir-​rabja tiegħi xegħlet kontrik u kontra ż-​żewġ sħabek,+ għax intom m’għedtux il-​verità dwari,+ bħalma għamel il-​qaddej tiegħi Ġob.  U issa ħudu sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten+ u morru għand il-​qaddej tiegħi Ġob,+ u offru sagrifiċċju tal-​ħruq għalikom; u Ġob il-​qaddej tiegħi jitlob għalikom.+ Lilu biss naċċetta sabiex ma nagħmlilkomx kif ħaqqha l-​bluha t’għajb tagħkom, għax intom m’għedtux il-​verità dwari, bħalma għamel il-​qaddej tiegħi Ġob.”+  Għaldaqstant, Elifaż it-​Temani, Bildad is-​Suħi, u Sofar in-​Nagħmati, marru u għamlu sewwasew bħalma kien qalilhom Ġeħova; u għalhekk Ġeħova aċċetta t-​talba taʼ Ġob. 10  U Ġeħova temm it-​tribulazzjoni taʼ Ġob+ meta dan talab għal sħabu,+ u Ġeħova beda jagħti lil Ġob id-​doppju taʼ kulma kellu qabel.+ 11  U bdew ġejjin għandu ħutu s-​subien kollha u ħutu l-​bniet kollha u dawk kollha li kienu jafuh qabel,+ u bdew jieklu l-​ħobż miegħu+ f’daru u jissimpatizzaw miegħu u jfarrġuh minħabba l-​gwaj kollu li Ġeħova kien ippermetta li jiġi fuqu; u tawh biċċa flus kull wieħed u ċurkett tad-​deheb kull wieħed. 12  U wara, Ġeħova bierek+ it-​tmiem taʼ Ġob iktar mill-​bidu tiegħu,+ u b’hekk kellu erbatax-il elf nagħġa, sitt elef ġemel, elf par baqar, u elf ħmara. 13  Kellu wkoll sebaʼ subien u tlett ibniet.+ 14  U l-​ewwel waħda semmieha Ġemima, lit-​tieni waħda semmieha Kesigħa, u lit-​tielet waħda semmieha Keren-ħappuk. 15  U fil-​pajjiż kollu ma kienx hemm nisa sbieħ daqs il-​bniet taʼ Ġob, u missierhom tahom wirt fost ħuthom is-​subien.+ 16  U wara dan, Ġob għex mija u erbgħin sena+ u ra lil uliedu u lil ulied uliedu+—erbaʼ ġenerazzjonijiet. 17  U Ġob miet, xiħ u mimli bl-​għomor.+

Noti taʼ taħt