Ġob 40:1-24

40  U Ġeħova wieġeb lil Ġob u qallu:   “Għandu xi ħadd isib ħtija f’Dak li Jistaʼ Kollox u jħaqqaqha miegħu?+Ħa jwieġeb għal dan dak li jċanfar lil Alla.”+  U Ġob wieġeb lil Ġeħova u qallu:   “Ara! Jien ma jien xejn.+X’se nwieġbek?Inqiegħed idi fuq fommi.+   Darba tkellimt, u ma nwiġibx;Darbtejn, u ma nżid xejn.”  U Ġeħova ssokta jwieġeb lil Ġob minn ġor-​riefnu+ u jgħidlu:   “Ħażżem ġenbejk, jekk jogħġbok, bħal raġel b’saħħtu;+Jien nistaqsik, u int għarrafni.+   Tabilħaqq, iġġibha int fix-​xejn il-​ġustizzja tiegħi?Tgħid li jien ħati sabiex int ikollok raġun?+   Jew għandek int driegħ bħal dak taʼ l-​Alla l-​veru,+U b’leħen bħal tiegħu tistaʼ int tagħmel ir-​ragħad?+ 10  Iżżejjen, jekk jogħġbok, bis-​superjorità+ u bil-​kobor;+U ilbes id-​dinjità+ u l-​ġmiel.+ 11  Sfoga u żbroffa bil-​qilla r-​rabja tiegħek,+U ara lil kulmin hu mkabbar u baxxih. 12  Ara lil kulmin hu mkabbar u umiljah,+U għaffeġ lill-​ħżiena eżatt fejn ikunu. 13  Aħbihom flimkien fit-​trab,+Orbothom fil-​post moħbi, 14  U jien, iva, jien, infaħħrek,Għaliex idek il-​leminija tistaʼ ssalvak. 15  Ara, issa, jien għamilt kemm lil Beħemot* u kemm lilek.Ħaxix aħdar jiekol+ sewwasew bħalma jagħmel barri. 16  Ara, issa, il-​qawwa tiegħu qiegħda f’ġenbejh,U s-​saħħa kbira tiegħu+ fil-​muskoli taʼ żaqqu. 17  Jilwi denbu ’l isfel bħal ċedru;In-​nervituri taʼ koxxtejh huma minsuġin. 18  L-għadam tiegħu tubi tar-​ram aħmar;L-​għadam b’saħħtu tiegħu bħal virgi tal-​ħadid maħdum. 19  Hu l-​bidu taʼ l-​għemejjel t’Alla;Dak li għamlu+ biss jistaʼ jersaq lejh b’sejfu. 20  Għax dak li jipproduċu l-​muntanji jkun għalih,+U l-​bhejjem salvaġġi kollha tar-​rabaʼ jilagħbu hemmhekk. 21  Taħt is-​siġar tal-​lotus mimlijin xewk jimtedd,Fil-​post moħbi mimli qasab+ u fil-​post bl-​għadajjar.+ 22  Is-siġar tal-​lotus mimlijin xewk jgħattuh b’dellhom;Bis-​siġar tal-​luq tal-​wied hu mdawwar. 23  Jekk ix-​xmara tfur, ma jitlaqx jiġri bil-​paniku.Iħossu kunfidenti, imqar jekk il-​Ġordan+ jitlaʼ sa ħalqu. 24  Jistaʼ xi ħadd imur quddiem għajnejh u jaqbdu?Jistaʼ xi ħadd itaqqablu mnieħru bil-​ganċijiet?

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​ippopotamu.”