Ġob 4:1-21

4  U Elifaż+ it-​Temani wieġeb u qal:   “Jekk wieħed jipprova jgħidlek kelma, tegħja int?Imma l-​kliem min għandu ħila jrażżnu?   Ara! Int ikkoreġejt lil ħafna,+U l-​idejn dgħajfin kont issaħħaħhom.+   Kulmin jitfixkel, kliemek kien iqajmu;+U l-​irkopptejn li jċedu kont tissodahom.+   Imma din id-​darba jiġi fuqek, u tegħja;Jolqot lilek, u titħawwad.   M’huwiex ir-​rispett tiegħek lejn Alla l-​fiduċja tiegħek?M’hijiex it-​tama tiegħek l-​integrità+ taʼ mogħdijietek?   Ftakar, jekk jogħġbok: Min mill-​innoċenti qatt għab?U fejn kien li r-​retti+ qatt tqaċċtu darba għal dejjem?   Minn dak li rajt jien, dawk li jfasslu l-​ħsaraU dawk li jiżirgħu l-​inkwiet dak jaħsdu.+   B’nifs Alla jgħibu,U bl-​ispirtu tar-​rabja tiegħu jintemmu. 10  Hemm l-​għajat taʼ ljun, u l-​leħen taʼ ljun fl-​aqwa tiegħu,Imma anki snien l-​iljuni b’saħħithom jinkisru. 11  Iljun qed jgħib għax m’hemm ebda priża,U l-​frieħ taʼ ljun jiġu mifrudin minn xulxin. 12  Issa waslitli kelma bis-​serqa,U widinti semgħet tfesfisa minnha,+ 13  Fi ħsibijiet inkwetanti minħabba viżjonijiet bil-​lejl,Meta l-​bnedmin jorqdu fil-​fond. 14  Tkexkixa qabditni, u rogħda,U mlietli għadmi kollu bit-​tkexkix. 15  U spirtu għadda minn fuq wiċċi;Xagħar ġismi beda jqum xewk xewk. 16  Waqaf u ma ċċaqlaqx,Imma d-​dehra tiegħu m’għarafthiex;Forma dehret quddiem għajnejja;Kien hemm il-​kalma, u mbagħad smajt leħen: 17  ‘Jistaʼ bniedem mortali jkun iktar ġust minn Alla?Jew jistaʼ bniedem b’saħħtu jkun iktar nadif minn Dak li għamlu?’ 18  Ara! Fil-​qaddejja tiegħu m’għandux fidi,U l-​messaġġiera* tiegħu jakkużahom bi ħtija. 19  Kemm iktar lil dawk li jgħammru fi djar tat-​tafal,Li l-​pedament tagħhom qiegħed fit-​trab!+Jitfarrku iktar malajr mill-​kamla. 20  Minn fil-​għodu sa fil-​għaxija jiġu mfarrkin;Bla ħadd ma jinkwieta għalihom jgħibu għal dejjem. 21  Ma nqatax il-​ħabel tat-​tinda taʼ ġo fihom?Imutu għax m’għandhomx għerf.

Noti taʼ taħt

Jew, “anġli.”